Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari f’wieħed jew aktar mis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
- Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) / Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC);
- Edukazzjoni Primarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Agribusiness);
- Edukazzjoni Sekondarja (Computing);
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Inġinerija);
- Edukazzjoni Sekondarja (Etika);
- Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing u Beauty);
- Edukazzjoni Sekondarja (Saħħa u Kura Soċjali);
- Edukazzjoni Sekondarja (Ospitalità);
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT);
- Edukazzjoni Sekondarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Media Literacy);
- Edukazzjoni Sekondarja (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera - PSCD);
- Edukazzjoni Sekondarja (Retail);
- Edukazzjoni Sekondarja (Xjenza);
- Edukazzjoni Sekondarja (Moda u Tessuti);
- Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informtika Vokazzjonali (VIT))
18. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Accounting);
19. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Għarbi);
20. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Arti);
21. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Bijoloġija);
22. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji tan-Negozju);
23. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Kimika);
24. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ċiniż);
25. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Żfin);
26. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reċtar / Theatre and Performance);
27. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Disinn u Teknoloġija);
28. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ingliż);
29. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Ewropej);
30. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Franċiż);
31. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġografija);
32. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġermaniż);
33. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Komunikazzjoni Grafika);
34. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Storja);
35. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ekonomija għad-Dar (HE));
36. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Taljan);
37. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Malti);
38. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Matematika);
39. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Mużika);
40. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Edukazzjoni Fiżika (PE));
41. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Fiżika);
42. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reliġjon);
43. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Soċjali);
44. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Spanjol);
45. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Studji Klassiċi)
46. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Computing u/jew Informazzjoni Teknoloġika - IT);
47. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Ekonomija);
48. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Engineering Drawing and Computer Aided Design);
49. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Xjenza Ambjentali);
50. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Marketing);
51. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Filosofija);
52. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Psikoloġija);
53. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Soċjoloġija);
54. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Systems of Knowledge);
1.2.1. Suġġett tal-Programm għal Tagħlim Alternattiv (ALP) għall-edukazzjoni mainstream jew skola/skejjel speċifiċi
55. Edukazzjoni Sekondarja (Arti u Disinn);
56. Edukazzjoni Sekondarja (Auto Mechanics);
57. Edukazzjoni Sekondarja (Automotive Repair - Body and Paint);
58. Edukazzjoni Sekondarja (Servizzi tal-Bini);
59. Edukazzjoni Sekondarja (Care Work);
60. Edukazzjoni Sekondarja (Karpenterija);
61. Edukazzjoni Sekondarja (Customer Care u Bejgħ);
62. Edukazzjoni Sekondarja (Installazzjonijiet Elettriċi u Elettronika Bażika);
63. Edukazzjoni Sekondarja (Multi-Media);
64. Edukazzjoni Sekondarja (Plumbing);
65. Edukazzjoni Sekondarja (Fuħħar u Ċeramika);
66. Edukazzjoni Sekondarja (Sheet Metal/Blacksmith);
67. Edukazzjoni Sekondarja (Welding and Fabrication);
1.2.2. Suġġett tal-Edukazzjoni Speċjali kif provdut fiċ-Ċentri tar-Riżorsi/Klassijiet tar-Riżorsi
68. Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali);
1.2.3. Skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tagħha hu:
- Fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
- l-Istudji tan-Negozju jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu r-Retail, l-Accounting u l-Ekonomija;
- Fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
- Id-Disinn u Teknoloġija jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu l- Komunikazzjoni Grafika;
- Fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
- Computing u Teknoloġija tal-Informatika Vokazzjonali (VIT) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-ICT;
- Il-Komunikazzjoni Grafika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Disinn u Teknoloġija;
- Moda u Tessuti bi ECTS/ECVET krettu rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll l-Ekonomija għad-Dar (HE);
- Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET krettu rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
- Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET krettu rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
- Fix-Xjenza bi ECTS/ECVET krettu rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
- Fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja.
1.3. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa Arti, Etika, Xjenza, Mużika, PE, PSCD jew Reċtar (Sekondarja/Post-Sekondarja) tista’ wkoll tintalab tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċiklu tal-Primarja u Kindergarten.
1.4. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha huwa kwalunkwe mis-suġġetti mgħallma fil-livell Sekondarju u/jew Post-Sekondarju fi klawsola 1.2 hawn fuq tista’ ukoll tkun meħtieġa tgħallem is-suġġett rispettiv fiċ-Ċentri tas-Sapport ta’ Tagħlim u/jew skejjel li joffru Programmi għal Tagħlim Alternattiv.
1.5. Persuna magħżula li tkun ingaġġata biex tgħallem il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti tkun meħtieġa li tgħallem aktar minn suġġett wieħed fi ħdan dan il-programm.
1.6. Jekk suġġett li bħalissa jiġi mgħallem f’ċiklu partikolari u jibda jiġi mgħallem f’ċiklu differenti, il-persuna magħżula tista’ tiġi trasferita skont il-ħtieġa.
1.7. Persuna magħżula tista’ tintalab li tagħmel kull taħriġ speċjali kif meqjus meħtieġ.
Salarju
3.1. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jkun skont dan li ġej:
(a) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(iv) t’hawn taħt (Kategorija A fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 9, li fis-sena 2024 hi ta’ €25,589.02 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala tas-Salarju 9 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT), jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda;
(b) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(v) (Kategorija B fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragrafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 10, li fis-sena 2024 hi ta’ €24,085.98 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala tas-Salarju 10 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT), jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda;
(ċ) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(vi) (Kategorija Ċ fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 12, li fis-sena 2024 hi ta’ €21,236.00 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont il-minimu ta' Skala tas-Salarju 12 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali jew fuq bażi pro-rata kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT), jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda.
3.2. Għalliema Supplimentari jkunu wkoll intitolati għall-bonus annwali u għal suppliment tad-dħul fil-ġimgħa, kemm jekk fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi pro-rata skont l-għadd ta’ sigħat ta’ kuntatt u sigħat bla kuntatt maħdumin jekk l-għalliem ikun qed jaħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu dawn ma jkunux diġà qed jitgawdew minnu taħt xi wieħed mill-provedimenti tal-Att tas-Sigurtà Soċjali.
3.3. Il-ħatra tal-persuna magħżula hija suġġetta għall-kisba ta' Warrant ta' Għalliem (Temporanju). Jekk dan il-Warrant ta' Għalliem (Temporanju) ma jinkisibx ifisser ipso facto revokazzjoni tal-ħatra skont ir-Regolament Nru. 23 tar-Regoli tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku (S.L. Const. 01).
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji; jew
- fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; U
Kategorija A
(iii) fil-pussess ta' Teacher’s Warrant (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema (CTP) taħt l-Artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni; U
(iv) wieħed minn dawn li ġejjin:
(a) fil-pussess tagħhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta fil-Livell 6 jew 7 tal-MQF kif definit fl-Appendiċi A jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;
JEW
(b) fil-pussess tagħhom kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;
JEW
(ċ) fil-pussess tagħhom xi wieħed mir-rekwiżiti f’paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq, imma mhux fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, bil-kundizzjoni li jkollhom ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li applikaw għalih;
(d) għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;
(e) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti, l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/suġġett/qasam;
(f) għall-Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/suġġett/qasam u żewġ (2) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(ġ) applikanti li għandhom fil-pussess tagħhom degree fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) jistgħu japplikaw għal paragrafu 5.1(iv) (f) hawn fuq bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew suġġett fix-Xjenza u żewġ (2) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija. L-eliġibbilta' tiġi estiża wkoll għall-applikanti li ma jkollhomx il-Livell Avvanzat mitlub imsemmi f'dan il-paragrafu bil-kundizzjoni li jtemmu b' suċċess kors rikonoxxut offrut mill-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni. In-nuqqas ta' suċċess f' dan il-kors iwassal għat-terminazzjoni tal-impjieg;
(h) f’każ ta’suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss.
Kull referenza għall-kwalifika ta’ Tagħlim jew kwalifika/kors pedagoġiku msemmi hawn fuq trid tkun skont it-tabella li tinstab f’Appendiċi A u tkun meqjusa komparabbli mis-CTP skont it-termini ta’ Artiklu 24 (2) (d) (iv) tal-Att dwar l-Edukazzjoni. Min għandu Baċċelerrat fl-Edukazzjoni jew PGCE jew MTL maħruġ mill-Università ta’ Malta jew fl-Istitut tal-Edukazzjoni, huma eżentati milli jipprovdu l-komparabbiltà.
Kull referenza għal kwalifika rikonoxxuta ta’ Tagħlim jew kors ta’ Pedagoġiku (Appendiċi A) msemmi hawn fuq, tista’ tarahom billi taċċessa dan il-link: https://educationservices.gov.mt/en/Documents/Vacancies/Appendix%20A%20-%20Recognised%20Teaching%20qualifications%202024.pdf.
Kategorija B
(v)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafu 5.1(iv) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:
(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;
JEW
(b) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih;
JEW
(ċ) kwalunkwe mill-kwalifiċi msemmijin f’paragarafi 5.1(v) (a) jew (b) hawn fuq, imma mhux fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, bil-kundizzjoni li jkollhom ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat tal-Livell 4 tal-MQF (minimu Grad E) jew kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, fis-suġġett/qasam relatat li applikaw għalih;
(d) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti, l-applikanti jistgħu japplikaw b’rekwiżiti f’paragrafi 5.1(v) (a) u (b) hawn fuq b’kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/qasam/suġġett;
(e) għall-Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/suġġett/qasam u żewġ (2) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(f) applikanti li għandhom fil-pussess tagħhom degree fl-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) jistgħu japplikaw għal paragrafu 5.1(v) (e) hawn fuq bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u żewġ (2) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija. L-eliġġibilta' tiġi estiża wkoll għall-applikanti li ma jkollhomx il-Livell Avvanzat mitlub imsemmi f' dan il-paragrafu bil-kundizzjoni li jtemmu b' suċċess kors rikonoxxut offrut mill-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni. In-nuqqas ta' suċċess f' dan il-kors iwassal għat-terminazzjoni tal-impjieg;
(ġ) għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(v) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;
(h) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti irid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET, xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss;
(i) fil-każ tad-Disinn u Teknoloġija, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li minn barra ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.1, kisbu kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal- MQF jew ogħla fil-Product Design, Mechanical Engineering, Electronics Engineering jew Livell 4 tal-MQF fil-Fiżika, jew kwalifika komparabbli pertienenti rikonoxxuta. Din l-estensjoni hija suġġetta li jekk l-applikanti ma jippreżentawx il-kwalifiki relatati ma’ dawn l-oqsma kollha li ġejjien: tagħrif ta’ Livell 4 tal-MQF fuq teorija elettronika, Workshop ta' esperjeza fil-Manifattura, tagħrif ta’ Livell 5 tal-MQF fuq teorija ta' prinċipji tal-Mekkaniżmu u tagħrif ta' Livell 3 tal-MQF fil-Graphical Communication, l-applikanti huma suġġetti li jattendu jew ifittxu taħriġ offrut estern, sabiex jiġu ikkunsidrati jew ikkonfermati fil-pożizzjoni tagħhom.
Kategorija Ċ
(vi)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eliġibbli skont paragarafi 5.1 (iv) u (v) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eliġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:
(a)
(i) Higher/Advanced Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta;
U
(ii) erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
JEW
(b)
(i) żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) (MQF Livell 4) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, fejn wieħed mis-suġġett fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) jew Award fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 30 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, irid ikun fis-suġġett/qasam li qed japplikaw għalih;
U
(ii) erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
JEW
(ċ)
(i) kwalifika fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li japplikaw għalih, jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta;
U
(ii) erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(d) għall-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew Programm ta' Induzzjoni għall-Immigranti, l-applikanti jistgħu japplikaw b' rekwiżiti f' paragrafi 5.1 (vi) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni f' ċiklu/suġġett/qasam;
(e) fil-każ tal-Edukazzjoni Fiżika, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li kisbu MQF Livell 4 fl-Isports U erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC Grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level Grad A–Ċ jew 9-4) (MQF Livell 3), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża u l-lingwa Maltija;
(f) fil-każ tal-Engineering Drawing/Computer Aided Design (CAD), applikanti li poġġew għall-eżamijiet tal-A Level (MQF Livell 4) tal-Engineering Drawing fl-2010 jew qabel, iridu jippreżentaw ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) (MQF Livell 4) fl-Engineering Drawing u ċertifikati tas-City and Guilds Livell 2D u 3D fil-Computer Aided Design jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta. Kandidati li poġġew għal-Livell Avvanzat (MQF Livell 4) mill-2011 ’il quddiem iridu jippreżentaw biss iċ-ċertifikat tal-Livell Avvanzat fl-Engineering Drawing billi dan sar jinkludi komponenti mill-CAD;
(g) applikanti li jkunu fil-pussess ta’ Diploma tal-VET f’Livell MQF 4 f' Childcare (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti*) irid ikollhom ukoll Livell ta' Matrikula Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Suġġett fix-Xjenza u erba’ (4) passes fiċ-Ċertifikat tal- Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) u/jew Livell Ordinarju ("O" Level grad A-Ċ jew 9-4) (Livell 3 tal-MQF), jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta, li trid tinkludi l-lingwa Ingliża, l-lingwa Maltija u l-Matematika. L-eliġibbilta' tiġi estiża wkoll għall-applikanti li ma jkollhomx il-Livell Avvanzat mitlub imsemmi f' dan il-paragrafu bil-kundizzjoni li jtemmu b' suċċess kors rikonoxxut offrut mill-Awtoritajiet tal-Edukazzjoni. In-nuqqas ta' suċċess f' dan il-kors iwassal għat-terminazzjoni tal-impjieg;
(h) fil-każ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti li japplikaw taħt paragrafu 5.1 (vi) (b) (i) hawn fuq iridu jkunu fil-pussess ta’ pass fl-ECDL/ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;
(i) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li tkun inkisbet din il-kwalifika qabel ma tiġi mġedda l-ħatra definittiva għas-sena skolastika li jmiss;
(j) fil-każ tad-Disinn u Teknoloġija, l-eliġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li minn barra ir-rekwiżiti ta’ paragrafu 5.1, kisbu kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF jew ogħla fil-Product Design, Mechanical Engineering, Electronics Engineering jew Livell 4 tal-MQF fil-Fiżika, jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta3i. Din l-estensjoni hija suġġetta li jekk l-applikanti ma jippreżentawx il-kwalifiki relatati ma’ dawn l-oqsma kollha li ġejjien: tagħrif ta’ Livell 4 tal-MQF fuq teorija elettronika, Workshop ta' esperjeza fil-Manifattura, tagħrif ta’ Livell 5 tal-MQF fuq teorija ta' prinċipji tal-Mekkaniżmu u tagħrif ta' Livell 3 tal-MQF fil-Graphical Communication, l-applikanti huma suġġetti li jattendu jew ifittxu taħriġ offrut estern, sabiex jiġu ikkunsidrati jew ikkonfermati fil-pożizzjoni tagħhom.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 30/60/120/180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija accetta biss suggett ghal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tigi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.
5.2. (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-Kategoriji (a), (b) u (ċ) hawn fuq jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_04_08_09_26_51_GP_MT_05042024.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).'
5.3. L-applikazzjonijiet jiġu kkunsidrati wkoll minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f’paragrafu 5.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati teħtieġ permess tax-xogħol mogħti skont ir-Regolamenti tal-Permess Uniku (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 217.17, tal-Liġijiet ta’ Malta) kif ukoll li tkun tista’ tissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra kollha ta’ dħul fit-territorju Schengen. Kull proċess isir b’mod indipendenti u suġġett għall-ipproċessar ta’ diliġenza dovuta mill-awtoritajiet kompetenti Maltin. L-applikanti li jonqsu milli jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti fi żmien (6) sitt xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjoni jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla.
5.4. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
5.5. L-applikanti kollha eliġibbli taħt paragrafi 5.1 iridu japplikaw għall-warrant temporanju onlajn jew iġeddu l-warrant temporanju tagħhom permezz tal-link li ġejja: https://education.gov.mt/public-bodies/council-for-the-teaching-profession/. Il-warrant temporanju dejjem jiskadi fil-31 ta’ Awwissu u għandu jiġġedded kull sena skolastika.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 2598 0000 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.