Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Economics Officer

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 22/05/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 22/05/2020 14:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex 
1. Is-Segretarju Permanenti (Integrazzjoni u Amministrazzjoni) Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Economics Officer fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

2.1 Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Economics Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2020 huwa ta’  €20,603 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,049.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Economics Officer titla’ fi Skala 9 (€21,933 x €447.33 - €24,617) wara sentejn servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Economics Officer titla’ fi Skala 8 (€23,358 x €486.83 - €26,279) wara sitt (6) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Economics Officer titla’ fi Skala 7 (€24,894 x €531.17 - €28,081) wara sentejn servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.  

2.6 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.


Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Economics Officer fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

  2. Għandom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-livell ta' MQF 6 (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti, fir-rigward ta' programmi li jibdew minn Ottubru 2003), f' Ekonomija jew Statistika jew Accountancy jew Finanzi jew Tasazzjoni jew Banking jew Public Policy jew European Studies jew detenturi ta' kwalifiki rikonoxxuti oħra jew kwalifiki professjonali ekwivalenti b'waħda minn dawn id-dixxiplini bħala qasam ewlieni ta' studju. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'livell 7 ta' MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti, fir-rigward ta' korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.  

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet. 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Ministeru / Dipartiment :
Sezzjoni ta’ Reklutaġġ
Persuna Responsabbli’ :
Sa Elaine Psaila
Indirizz :
158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.
Telefown :
25998431
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.