Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Duties Charge Nurse |
Ara d-dokument | Portfolio |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għal Serving Deputy Charge Nurses biex jiġu promossi għall-grad ta’ Charge Nurse fis-Servizz Pubbliku ta' Malta.
Salarju
2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Jekk tirnexxi b’suċċess fil-portfolio bil-miktub, is-salarju ta’ Charge Nurse huwa ta’ Skala ta' Salarju 6, li fissena 2021 huwa €27,327 li jiżdied b’€596.33 fis-sena sa massimu ta’ €30,905 fis-sena.
2.3 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Nurse tirċievi allowance ta' €500 fis-sena għal kwalunkwe dmirijiet addizzjonali li għandu x'jaqsam maż-żona klinika immedjata li tkun assenjata għaliha kif mitlub mill-Amministrazzjoni minn żmien għal żmien. Din l-allowance titħallas f’żewġ pagamenti indaqs kull sena.
2.4 Persuna fil-ħatra ta’ Charge Nurse tibbenefika minn Performance Management Allowance annwali fissa ta’ €300 u allowance relatata mal-performance sa massimu ta’ €1,200 suġġetta għall-prestazzjoni sodisfaċenti.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jistgħu jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Charge Nurse jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta mal-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, li jista' jiġi kkuntattjat ukoll fuq recruitment.health@gov.mt
3.2 Persuni maħtura jieħdu posthom fil-Ministeru skont il-post kurrenti attwali tagħhom u l-ittri tal-ħatra jinħarġu mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru rispettiv.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku għandhom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li:
a) huma serving officers fil-grad ta’ Deputy Charge Nurse (Skala ta' Salarju 7);
U
b) jissottomettu portfolio professjonali miktub skond id-dokument mehmuż.
4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba.
Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess ilkrediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet.
4.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.3 hawn fuq, mhux biss salħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.5. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għallapplikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa |
Contact Persons : | Maureen Mahoney |
Address : | Diviżjoni tal-People Management, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | recruitment.health@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.