Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex I |
Ara d-dokument | Annex II |
Ara d-dokument | Annex III |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1.1 Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, jilqa' applikazzjonijiet minn uffiċjali pubbliċi u impjegati tas-settur pubbliku biex jesprimu l-interess tagħhom, li jwettqu d-dmirijiet ta' Attachè f'missjoni diplomatika ta' Malta barra minn xtutna, li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej.
1.2 L-iskop ta' din is-sejħa hija sabiex jiġi stabbilit pool ta' Uffiċjali pubbliċi u impjegati tas-settur pubbliku li jkunu lesti jaqdu dmirijiet ġewwa missjoni diplomatika ta' Malta barra minn xtutna b'tali mod li meta jkun hemm il-ħtieġa , ikunu jistgħu jintbatu bħala Attachè, fi żmien bejn tlieta (3) u sitt (6) xhur min-notifika. It-tul ta' dan il-perjodu jkun proporzjonat mat-tul tal-posting ġewwa il-missjoni.
1.3 Il-missjonijiet diplomatiċi ta' Malta barra minn xtutna jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Politika Barranija ta' Malta, joffru servizzi konsulari lill-komunita Maltija fil-pajjiz, u jippromwovu lil Malta, fost funzjonijiet oħra. Dawn il-Missjonijiet huma ġeneralment immexxija minn Ambaxxatur, bl-għajnuna ta' uffiċjal diplomatiku min Malta (Malta Based Officer) li huma assistiti ukoll minn impjegati lokali. L-uffiċjal/impjegat magħżul ghandu/ha t/jassisti l-istaff tal-missjoni biex iwettqu l-funzjonijiet ewlenin taghħhom. Ix-xogħol f'missjonijiet barra minn Malta jagħtik l-opportunita' li sservi lil Malta barra minn xtutna u li tesperjenza kulturi, lingwi u twemmin differenti.
Salarju
3.1 L-uffiċċjali/ impjegati li jiġu selezzjonati se jkomplu jirċievu s-salarju ta' Malta skont is-Sustantive Grade/ indefinite status tagħhom. Minbarra dan, jirċievu wkoll , Post Adjustment Allowance meta jkunu posted f'missjoni barra minn xtutna.
3.2 Għat-tul tal-Ftehim, l-Attachè ikun marbut mal-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015; CONDSER Ġunju 2015 V1,1) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Attachè jinsabu fl-Anness II mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu :
(i) Ċittadini ta' Malta;
(ii) Uffiċjali pubbliċi bi grad substantive / indefinite status li jkollhom skala minn 6 sa 11 u impjegati tas-settur pubbliku b' salarju, skala u staus komparabbli, Uffiċjali/impjegati li huma assigned b'kuntratt definit ma jistgħux japplikaw;
(iii) Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta' Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jew ħaddiema tal-RSSL, huma eleġibbli biex japplikaw;
U
(iv) ikunu profiċenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża. Għarfien tal-lingwi barranin oħra jitqies bħala vantaġġ;
(v) Fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 ta' MQF (Suġġett għall- minimum ta' 180 ECTS/ECVET, jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. Il-kwalifika ta' Baċellerat f'Affarijiet Internazzjonali, Affarijiet Ewropej jew fid-Diplomazija titqisu bħala vantaġġ.
*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta, studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60/180 ECTS/ECVET kretti. Jista, jintalab il-parir tal-MQRIC.
5.2 L-uffiċċjali Pubbliċi / Impjegati tas-settur pubbliku li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
5.3 Biex jiġi dditerminat u ikkumparat il-livell ta’ responsabbilta’ tal-impjegati tas-Settur Pubbliku tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbilta’ meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.
5.4 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall-pożizzjoni. Ħaddiema tal-RSSL jibqgħu fuq il-kotba tal-kumpanija.
5.5 Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għall-finijiet ta’ eliġibbiltà.
5.6 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b'suċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta' studju ta' livell ogħla tal-MQF rikonoxxut , kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilta' ta' hawn fuq, sal- ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.7 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.8 L-uffiċjali Pubbliċi huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għall-azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
5.9 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar 'l isfel).
5.10 Applikazzjonijiet minn persuna li diġa' qed iwettaq dmirijiet ta' Attachè f'missjoni barra minn xtutna, tkun biss ikkunsidrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall- applikazzjonijiet minn tal-inqas sentejn fil-posting kurrenti. Barra minn hekk, cross postings se jkunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal- Conditions of Service.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej |
Contact Persons : | Mr Christian Sgandurra |
Address : | 331, Allied House, Triq San pawl Valletta |
Telephone : | (+356) 2204 2249 |
Email address : | recruitment.mfea@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.