Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Project Officer

     Nru. ta' Referenza Gażżetta tal-Gvern idatata 17 ta' Marzu 2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru Għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet Tal-Annimali

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A  
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Project Officer fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal Annimali. Din il-pożizzjoni tista' tkun parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea, Fond Agrikoli Ewropej 2014-2020. 

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Project Officer huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 12 (ekwivalenti għal €22,040.04 fl-2023), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Project Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża. Dawk il-kandidati li m'għandhomx MQF ta' Livell 1 fil-lingwa Maltija iridu jattendu u jgħaddu b'suċess fl-assesjar mil-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza ta' dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-Livell 1 tal-MQF għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien sitt (6) xhur, mill-ingaġġ. B'hekk, uffiċjali ipjegati li ma jiksbyx dan iċ-ċertifikat fi żmien ta' prova ta' sitt (6) xhur, jingħataw estenzjoni ta' darba ta' żmien ta' prova għal-perjodu ta' sitt (6) xhur biex jiksbux b'suċċess dan iċ-ċertifikat;
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b'suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta' prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
  1. fil-pussess ta' Diploma rikonoxxuta f'livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Kimika, jew fil-Fiżika, jew fil-Bioloġija, jew fil-Ġeografija, jew Statistika, jew fil-Marketing, jew fix-Xjenza Agrikola jew fl-Environmental Studies, kwalifika oħra professjonali komparabbli.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċetata biss suġġet għal-dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita. Riverżjoni għal-ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibli. 

5.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.5 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

5.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali

Contact Persons :

Andrew Galea

Address :

Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2292 4512

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.