Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Post ta' Social Worker fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata' 17 ta' April 2025


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 17/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 26/06/2025 13:15
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management),  Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva tilqa applikazzjonijiet għall-post ta’ Social Worker biex iwettaq dmirijiet fis-Saħħa, fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).

2.2 Is-salarju ta’ Social Worker huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2025 huwa ta’ €25,570.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €28,017.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Social Worker titla’ fi Skala ta' Salarju 9 (€27,145.02 x €447.33 - €29,829.00) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u li huma fil-pussess ta' warrant relevanti biex jipprattika bħala Social Worker.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Social Worker titla' għall-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 (€28,792.02 x €486.83 - €31,713.00) wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 9 jew tlett (3) snin jekk ikollha xi kwalifika ta’ wara l-gradwazzjoni f'Livell 7 tal-MQF xierqa u rikonoxxuta, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta' Social Worker titla' għall-grad ta' Social Worker fi Skala 7 (€30,506.98 x €531.17 - €33,162.00) wara tlett (3) snin servizz fil-grad ta’ Social Worker fi Skala 8 jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra kif jistgħu jkunu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.7 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din issejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tannotifika tal-ħatra.

2.8  F’termini tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, rigward il-“Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika”, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati għall-valutazzjonijiet tal-kunflitti ta’ interess. F'dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inklużi l-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata tiġi rrapportata lis-Segretarju Permanenti rispettiv, biex jiġi żgurat li jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Social Worker jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma' dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u Anjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li tista' jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq [email protected]

3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtieġa li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Management.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan Identita` skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. (a) profiċenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m'humiex profiċenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma għandhom jipprovdu evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma fil-ħatra li hi fi żmien sena mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Universita' ta' Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Universita' ta' Malta. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula. Madankollu, tali spejjeż jistgħu jiġu applikati biex jitħallsu lura permezz tal-iSkema tal-Continuous Professional Development (CPD).

U

ii (b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

Billi

  • jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja fis-Social Work ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;

JEW

  • jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta' band score medju ta' 6 jew ogħla f'dominji ta' komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta' band score medju ta' 6) eż. GCSE / Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT): 60-80, CEFR: B2 jkunu aċċettati;

JEW

  • jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta' xogħol iċċertifikata full-time bħala Social Worker rreġistrata fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u / jew uffiċjali.

U

iii. fil-pussess ta’ Degree f’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*) f' BA Hons. fis-Social Work jew kwalifika rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF li twassal għall-Warrant rilevanti ta' Social Worker.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
     
4.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf  xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Ilpersuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom . Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal- ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għallapplikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont iddispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

Ministry / Department :

Diviżjoni tal-People Management

Ministeru għas-Saħħa u Anzjanità Attiva 

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney

Direttur Ġenerali (People Management)

Address :

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti, Valletta VLT1171

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.