Dettalji tax-Xogħol
| Konnessjoni | |
|---|---|
| Ara d-dokument | English |
| Ara d-dokument | Malti |
| Ara d-dokument | Annex A - Duties |
| Ara d-dokument | Annex B - Syllabus |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Second Secretary fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta' probation/prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju ta' Second Secretary huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2026 huwa ta' €27,055.98 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €29,502.
2.3 Persuna fil-grad ta' Second Secretary titla' fi Skala ta' Salarju 9 (€28,701.02 x €447.33 - €31,385) wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta' Second Secretary fi Skala 9 tiġi promossa għall-grad ta’ First Secretary fi Skala 8 (€30,405.02 x €486.83 - €33,326) wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ Second Secretary fi Skala 9, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, jew wara sentejn (2) jekk fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta u xierqa fil-livell 7 tal-MQF, dejjem jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta' First Secretary fi Skala ta' Salarju 8, tiġi promossa għall-Skala 7 (€32,158 x €531.17 - €35,345.02) wara sentejn (2) servizz fil-grad ta' First Secretary fi Skala 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.
2.7a. Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
b. Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Second Secretary jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom:
i. ikunu ċittadini ta' Malta;
ii. ikunu profiċjenti fil-Malti u fl-Ingliż;
iii. ikollhom Baċellerat f'livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS krettu jew ekwivalenti*) f'Diplomatic Studies jew International Relations jew Mediterranean Studies jew European Studies jew Political Science jew Commercial Law jew European and Comparative Law jew Public Law jew International Law jew Geography jew History jew Oriental Studies jew Philosophy jew Sociology jew Spanish & Latin American Studies jew General Law Degree jew Culture Studies jew Communications and Interpreting Areas jew Environmental Studies jew Gender Studies jew Psychology jew International Development jew Youth Studies jew Commerce and Economics Degrees jew Business Studies jew Tourism jew Maritime Affairs jew Education jew Agriculture jew Artificial Intelligence jew Humanities jew Near Eastern Studies jew Politics jew Social Studies jew Malti jew Ingliż jew kwalifika f'xi lingwa/i barranija jew xi kwalifika oħra relevanti. Ir-responsabbiltà hija tal-kandidati li jippruvaw li l-kwalifiki li jħaddnu huma relatati mas-suġġetti mitluba, madankollu d-deċiżjoni finali tkun il-prerogattiva tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, liema deċiżjoni tkun suġġetta għal kontestazzjoni quddiem il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
*Kwalifika ta’ Baċellerat komparabbli rikonoxxuta, kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni (suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-klawsola 5.4 tad-dokument tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali). Kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 180 krettu tal-ECTS hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC jew l-Università ta’ Malta li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli mal-minimu ta’ 180 krettu tal-ECTS.
iv. fil-pussess ta' ċertifikat ta' 'O' level/SEC f'mill-inqas lingwa oħra minbarra l-Malti u l-Ingliż, fil-Grad 5 jew ogħla fil-każ ta' SEC, u Gradi Ċ u 4 jew ogħla fil-każ ta' Edexcel, jew fil-pussess ta' ċertifikat ekwivalenti u xieraq fil-Livell 3 tal-MQF.
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2(i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1(iii) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali Pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu |
Contact Persons : | Ms Ann Marie Mifsud |
Address : | 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta |
Telephone : | (+356) 2204 3030 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.