Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager II (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern Numru 20,340


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Negozju u Finanzi Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 21/02/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
1. Is-Segretarju Permanenti (Integrazzjoni u Amministrazzjoni), Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (Accounting and Finance) fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati Jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Manager II (Accounting and Finance) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 7, li fl-2020 huwa ta’ €24,894 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €28,081.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II (Accounting and Finance) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€26,543 x €596.33  - €30,121  fis-sena 2020) wara tliet (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għall-ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
  1. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benfiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel.
2.6 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).

2.7 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.
  1. Il-kandidati magħżula jridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).
2.8 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi  tal-management.

2.9 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ Manager II (Accounting and Finance) jinkludu:
  1. ikollu r-responsabbilta' għat-tqassim xieraq ta' fondi kif għandu jkun, moniteraġġ, evalwazzjoni u kontroll tar-riżorsi finanzjarji u l-finanzjamenti allokati lill-Ministeri, permezz ta' mekkaniżmi varji, b'relazzjoni mas- Servizz Pubbliku u s-Settur Pubbliku;

  2. jassigura li kull ġbir ta' dħul u arretrati ta' dħul jilħqu l-massimu u li jinżammu accounts xieraq li jirriżultaw minn dan;

  3. jassigura li trasferimenti ta' flejjes li għandhom itejbu kemm jistgħu l-cashflow tal-Gvern, flimkien ma' rapportaġġ ta' likwidita' (cashflow) ippjanat jew attwali, jitwettqu fi żmien xieraq;

  4. iwettaq dmirijiet konnessi mal-ħruġ ta' titoli tal-Gvern (Government securities) fis-suq primarju u l-iżvilupp tas-suq;

  5. iwettaq dmirjiet relatati mal-immaniġjar tad-dejn. Dan jinkludi risk modelling tal-aggregate debt porfolio, sabiex jingħataw pariri dwar il-ħruġ ta' dejn ġdid, l-iffissar ta' miri u firxiet strateġiċi sabiex jiggwidaw flimmaniġjar ta' kuljum tad-debt portfolio tal-Gvern, kif ukoll jikkompila metriċi ewlenin (key metrics) sabiex tingħata assistenza lis-Senior Management fl-evalwazzjoni u l-moniteraġġ tal-impatt ta' deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-istrateġija tad-dejn;

  6. janalizza talbiet għat-trasferiment ta' fondi u proposti ta' nfiq li jitfaċċaw waqt is-sena finanzjarja, u jawtorizza kull transazzjoni kif ikun mitlub;

  7. ikun responsabbli għal-ledger ġenerali, sub-ledgers u rikonċiljazzjonijiet, kif ukoll assi u inventarji tal- Ministeru/Dipartiment rispettiv;

  8. ikun responsabbli għaż-żamma xierqa ta' rekord ta' transazzjonijiet, il-kompilazzjoni korretta ta' data ta' statistika u tbassir u projezzjonijiet, u l-identifikazzjoni ta' xejriet (trends) ġodda fid-data;

  9. jassigura li l-leġiżlazzjoni, regolamenti, politiki u proċeduri stabbiliti ta' kontroll intern jinżammu w li jiġi implimentat kif xieraq moniteraġġ fil-proċessi kollha assenjati. Dan jinkludi wkoll il-kontribuzzjoni tiegħu firrigward tal-proċess ta' assessjar ta' riskju;

  10. jipprovdi għajnuna attiva fl-awditjar intern u estern, fosthom il-ġbir, il-kompilazzjoni u l-analiżi ta' informazzjoni. Dan jinkludi t-tfassil ta' pjanijiet għall-verifiki fuq il-post u ċċekkjar bla notifikazzjoni, superviżjoni u jara li jibqa' jsegwi;

  11. jikkontribwixxi għal allokazzjoni tal-Baġit u tbassir tad-dħul, ippjanar u l-kontroll ta' Baġit, inkluż ilkontribuzzjoni fil-kompilazzjoni tal-Pjan ta' Kummerċ u Finanzjarju; id-dokument tal-Baġit, id-Diskors/Qari tal-Baġit u l-Abbożż tal-Liġi u l-Att dwar l-Appropjazzjoni relatat;

  12. jagħti pariri dwar talbiet għall-eżenzjonijiet tad-dħul mogħtija skont il-leġislazzjoni pertinenti u l-analiżi taleffetti tagħhom, li jagħti pariri dwar emendi possibli għall-proċessi eżistenti f'konformita' mal-politika attwali;

  13. jagħti parir dwar it-talbiet għar-rilaxx ta' porzjonijiet perjodiċi lill-Entitajiet Pubbliċi, permezz tal-użu tas- Sistema ta' Rappurtaġġ Finanzjarju tad-Data, li teħtieġ stima tal-infiq u d-dħul dettaljati u tbassir irrappurtati mill-Entitajiet Governattivi kollha fil-ħin, fil-waqt li jieħu azzjoni biex jiżgura li kull ammont dovut ikun magħluq f'waqtu;

  14. jagħti pariri dwar varjazzjonijiet minn miri finanzjarji miftiehma, stimi u allokazzjonijiet baġitarji u jipprovdi kontribut fuq ir-rapport ta' Stimi Riveduti ta' kull xahar. Kif ukoll jagħti pariri dwar virements fi ħdan il-Voti u talbiet għall-finanzjament addizzjonali;

  15. jipprovdi kontribut fir-rigward tar-reviżjonijiet tal-prestazzjoni u n-nefqa kif applikabbli, inkluż l-input fuq għadd ta' indikaturi tal-Baġit li permezz tagħhom il-Ministeri għandhom jiġu mmoniterjati, f'konsultazzjoni mas-superjur tiegħu;

  16. jikkontribwixxi u jassisti fil-kompilazzjoni ta' publikazzjonijiet u rapporti varji, li jistgħu joriġinaw minn ħtiġijiet interni, nazzjonali jew internazzjonali. Eżempji ta' rapporti bħal dawn huma rapporti ta' cashflow, ir-Rapport Finanzjarju, ir-Rapport tad-Defiċit u Dejn (Fiskali) ta' Malta, rapporti dwar il-kompilazzjoni ta' Accounts Finanzjarji u mhux Finanzjarji, dikjarazzjonijiet statutorji maħruġin kull kwart tas-sena jew annwali, u oħrajn;

  17. jikkontribwixxi fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġett kif ukoll ta' proċessi ddeleggati, bħalma huma limplimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS) fost oħrajn, kif ukoll l-identifikazzjoni ta' titjib tal-proċess għar-raġuni ta' simplifikazzjoni, innovazzjoni u valur miżjud;

  18. jassisti lis-Senior Management fit-tħejjija tal-qagħda baġitarja ta’ Malta, il-kalkulazzjoni u l-assessjar ta’ allokazzjonijiet bagitarji ta’ Malta u Stati Membri oħrajn, kif ukoll fil-preparazzjoni ta’ briefs għal-laqgħat inkluż laqgħat ta’ livell għoli;

  19. iwettaq reviżjonijiet ta' value for money u tan-nefqa komprensiva u jissottometti rapporti tal-analiżi;

  20. iwettaq reviżjonijiet u interpretazzjoni tal-accounts finali tal-Ministeri u l-Entitajiet;

  21. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Ministeru f’laqgħat u konferenzi, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, u jipparteċipa fi gruppi ta’ ħidma;

  22. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Ministeru f’xi proċeduri legali kif ikun mitlub jagħmel u jassigura lkorrettezza u r-relevanza ta’ dokumentazzjoni;

  23. iżomm kuntatt ma’ stakeholders interni u esterni. Dan jitlob li għandu jaġixxi bħala punt ta’ referenza għallimpjegati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, kif ukoll jipprovdi għajnuna u sostenn lill-klijenti;

  24. iżomm ruħu aġġornat ma’ standards ta’ accounts, leġiżlazzjoni finanzjarja u politiki tal-gvern. Barra dan iżomm ruħu aġġornat ma’ sistemi ta’ accounting, proċeduri u applikazzjonijiet, u jsegwi taħriġ kif ikun mitlub. Dan jinkludi l-assigurazzjoni li kull aġġornament għandu jkun mgħoddi lill-impjegati taħt issuperviżjoni tiegħu. Iżomm ukoll ruħu aġġornat fuq tekniki finanzjarji bħal portfolio management u oħrajn;

  25. jikkontribwixxi lejn il-formulazzjoni u l-aġġornament ta’ politiki ta’ natura finanzjarja kif ikun mitlub jagħmel. Dan jinkludi xogħol ta’ riċerka u fformular ta’ rakkomandazzjonijiet informati għas-Senior Management, żviluppar ta’ materjal ta’ taħriġ għall-użu fi ħdan id-Dipartiment jew lil hinn minnu u jħarreġ l-impjegati li jaqgħu taħt is-superviżjoni tiegħu;

  26. iwettaq analiżi fil-fond, bħall-analiżi tal-cost-risk trade-offs ta’ strateġiji ta’ self differenti, u jifformula rakkomandazzjonijiet infurmati;

  27. jipprovdi input tekniku dwar it-traspożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE f’dik Maltija kif ikun meħtieġ u materji relatati mas-Sistema Ewropeja tal-Accounts;

  28. ifassal rakkomandazzjonijiet u proposti fir-rigward ta’ titjib ta’ accounting u metodi ta’ akkwist bi qbil malleġiżlazzjoni u l-istandards kurrenti, kif ukoll it-titjib u s-simplifikazzjoni ta’ proċessi u proċeduri, innovazzjoni u valur miżjud;

  29. jipprovdi tmexxija effettiva permezz ta’ miri ċari fi ħdan il-kuntest ta’ objettivi Ministerjali u billi jinkoraġġixxi limpjegati jiżviluppaw u jakkwistaw ħiliet u tagħrif li jibbenefika lill-iżvilupp professjonali tagħhom;

  30. jassigura li l-impjegati u r-riżorsi jkunu professjonalment immaniġġjati biex jinkoraġġixxi sistema organizzazzjonali flessibbli u struttura li tkun risponsiva u proattiva f’relazzjoni ma’ ħtiġijiet li jinbidlu;

  31. jikkontribwixxi lejn l-iżvilupp ta’ materjal u programmi ta’ taħriġ, iħarreġ u jagħmilha ta’ mentor għall-impjegati li jaqgħu taħt is-superviżjoni tiegħu, li jassigura li jkollu għarfien kontinwu ta’ żviluppi fil-leġiżlazzjoni, regolamenti, politiki, linji gwida u oħrajn;

  32. dmirijiet oħra skont struzzjonijiet mogħtija mid-Direttur, id-Direttur Ġenerali, u s-Segretarju Permanenti, u;

  33. dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni  tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni  tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni  tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża. Dawk il-kandidati li m’għandhomx MQF ta’ Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b’suċċess fl-assessjar mill-kors ‘Maltese Language 1’ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1, għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ.
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew ACCA jew kwalifika professjonali komparabbli.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 iii formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2020. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati magħżula jiġu skwalifikati mir-riżultat.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għalih (applikanti li diġà qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat tal-Kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorità oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministeru / Dipartiment :
Sezzjoni ta’ Reklutaġġ
Persuna Responsabbli’ :
Sa Elaine Psaila
Indirizz :
158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.
Telefown :
25998431
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.