Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Technical Attaché (Gozo and Regional Affairs)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal- Gvern datata 30/04/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 30/04/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 14/05/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Technical Attache 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Technical Attachè (Gozo Regional Affairs) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

3.1 Is-salarju ta' Malta u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbut mal-pożizzjoni ta’ Technical Attachè huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal € 28,311,83 fl-2021), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, it-Technical Attachè ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'. 

3.2 F' każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diga' qed isservi fil-pożizzjoni ta' Technical Attachè b' salarju, benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f' Paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f' dawn il-każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-ogħla skala ta' salarju, benefiċċji u allowances. 

3.3 Għat-tul tal-Ftehim,it-Technical Attachè ikun marbut mal- 'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA9/2015, CONDSER Ġunju 2015 V1.1) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Technical Attachè jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
  1. ċittadini ta’ Malta;
  1. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; għarfien fil-lingwa Franċiża hija ikkunidrata bħala vantaġġ; 
  2. ikollhom kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għall- minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti;
JEW

fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 ta' MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti.

*Fin-nuqqas ta' evidenza daokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddeterminali huwa komparabbli ma' 60/180 ECTS/ECVET. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

       iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.  

5.3 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

5.4 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

5.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

5.7  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

5.8 Applikazzjonijiet minn persuna li tkun diga' qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Technical Attachè fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell tkun biss ikkunsidrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall-applikazzjonijiet minn tal-inqas sentejn fil-pożizzjoni kurrenti ta' Technical Attachè.

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Contact Persons :

 Ms Marylene Borg

Address :

 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

 2204 2323

Email address :

recruitment.mfea@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.