Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | HST to RS Eng |
Ara d-dokument | HST to RS Mlt |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Ara prejambolu tas-sejħa mehmuża
Salarju
Skont l-anness
Dmirijiet
Bħal dawk ta' Resident Specialist
Eliġibbiltà
2.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jeħtieġu li:
(i) jkunu mniżżla fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
(iii) (a) jkollhom Ċertifikat ta’ Tkomplija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill- Kumitat ta’ Akkreditazzjoni ta’ Seċjalist ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li turi li l-applikant lesta tali taħriġ ta’ speċjalist hekk kif mitlub għall-ispeċjalita` rilevanti; jew
(b) jkollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għal CCST għall-ispeċjalita` rilevanti, li hi maħruġa mill-awtorita` kompetenti fi Stat ieħor Membru tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att tal-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta; jew
(c) jkollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata bi stqarrija formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni ta’ Speċjalist ta’ Malta, li tgħid li l-kwalifiċi / esperjenza huma suffiċjenti għat-tabib biex jiġi rreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist f’dik l-Ispeċjalita` partikulari.
2.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess li huma eliġibbli taħt paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.
2.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) u paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu stqarrija ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalist li jikkonferma li l-kwalifika tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni ta’ Speċjalist ta’ Malta.
2.4. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw stqarrija mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni ta’ Speċjalist kif speċifikat hawn, għandha tinkludi kopja ta’ dik l-istqarrija mal-applikazzjoni tagħhom u d-dikjarazzjoni preżenti xorta tista’ tapplika, dment li jibgħatu kopja tal-istqarrija hekk kif tkun għad-dispożizzjoni. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw l-istqarrija meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien, sa xahar (1) ieħor, mill-Kap tad-Direttorati li qed jilqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar, ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni lill hinn minn dan iż-żmien iridu jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva |
Contact Persons : | Joseph Chetcuti, Permanent Secretary (Health) Christine Schembri, Permanent Secretary (Active Ageing) |
Address : | 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992600 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.