Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Systems Administrator

     Nru. ta' Referenza HR/MJEG Ċirkulari No. 1/2021


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza
    Dipartiment: Uffiċċju taċ-Chief Information Officer

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Senior Systems Administrator 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Systems Administrator fl-Uffiċċju taċ-Chief Information Officer fil-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Systems Administrator huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2021 huwa ekwivalenti għal €25,656 fis-sena, li jiżdied b’€531,17 fis-sena sa massimu ta’ €28,843.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Administrator titla’ fi Skala ta' Salarju 6 li fis-sena 2021 huwa ekwivalenti għal €27,327 fis-sena, li jiżdied €596.33 fis-sena sa massimu ta' €30,905 wara sitt (6) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u suġġett għat-tlestija ta' kors speċifiku ta' ICT toolkit relatat ma' dan il-grad u l-Public Service Toolkit kif stabbilit minn żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali.

2.4 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku tagħhom. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-Uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-Uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.5 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn Uffiċjali Pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Systems Administrator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li l-ħatra kurrenti tagħhom tkun ġiet ikkonfermata u li:-

i. għandhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 180 kretti ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*), fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali u kumparabbli, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;

JEW

ii. għandhom kwalifika rikonoxxuta fil-livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 60 kretti ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*), fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali u kumparabbli, flimkien ma' erbgħa snin (4) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;

JEW

iii. huma fi Skala mhux inqas minn dik ta' Skala 11, flimkien ma' sebgħa (7) snin esperjenza ta' xogħol releventi f'ambjent formali u matur tal-ICT.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar il-kretti ECTS/ECVET jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-Bord tal-Għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60/180 kretti ECTS/ECVET (kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbiltà, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti*, għandha tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar il-kretti ECTS/ECVET jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-Bord tal-Għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 kretti ECTS/ECVET. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

4.4 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza

Contact Persons :

Gordon Scerri

Address :

Spinola Palace Business Centre, Livell 3,
Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

Triq San Kristofru,
il-Belt Valletta

Telephone :

22479929

Email address :

recruitment.justice@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.