Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Manager (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern Numru 20,340


    Pubbliku Ġenerali - Sejħa Kontinwa  

    Indefinita  

    Negozju u Finanzi Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 21/02/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
1. Is-Segretarju Permanenti (Integrazzjoni u Amministrazzjoni), Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Manager (Accounting and Finance) fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut  mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Senior Manager (Accounting and Finance) huwa ta’ Skala ta’ Salarju 5, li fl-2020 huwa ta’ €28,326 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,170.

2.4 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għall-ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
  1. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel.
2.5 Ġaladarba jiġi appuntat għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, il-kandidat maħtur jiġi rikjest biex jirrifjuta kwalunkwe applikazzjoni oħra li attwalment il-proċess tagħha fi ħdan is-Servizz Pubbliku jkun għadu għaddej u li dakinhar tad-data tal-ħatra jkun għadu pendenti, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjoniet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).

2.6 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi, li diġà għandhom ħatra fl-istess grad imsemmi f’din is-sejħa, huma aċċettati biss bil-kundizzjoni li l-ispeċjalizzazzjoni marbuta ma’ din il-vakanza hija differenti minn dik relatata mal-ħatra kurrenti tal-applikanti u liema vakanza tirrikjedi kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit tal-eliġibbiltà, li l-applikant huwa mistenni li jissodisfa.

a. Il-kandidati magħżula jridu jservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn, bla ebda preġudizzju għas-sejħiet tal-applikazzjonijiet tas-SAAC (li tinkludi wkoll l-Assistenti Diretturi).

2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, suġġett għad-disponibbiltà ta’ postijiet vakanti u l-eżiġenzi  tal-management.
2.8 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet ta’ Senior Manager (Accounting and Finance) jinkludu:
  1. jassigura tqassim ta’ fondi kif għandu jkun, moniteraġġ, evalwazzjoni u kontroll tar-riżorsi finanzjarji u lfinanzjamenti allokati lill-Ministeri, permezz ta’ mekkaniżmi varji, b’relazzjoni mas-Servizz Pubbliku u s- Settur Pubbliku, waqt li jassigura li jingħata rendikont tal-fondi pubbliċi;

  2. joħroġ approvazzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi, proposti ta’ tranches u ta’ nfiq li jqumu fis-sena finanzjarja bi qbil mar-regolamenti eżistenti;

  3. jassigura li kull ġbir ta’ dħul u arretrati ta’ dħul jiġu massimizzati u li jinżammu accounts xierqa li joħorġu minn dan, u li t-transazzjonijiet kollha jiġu effettwati skont qafas ta’ żmien stabbilit, flimkien ma’ dawk stabbiliti minn Dipartimenti oħrajn;

  4. jassigura li t-trasferimenti ta' flus li jtejbu l-cashflow tal-Gvern, kif ukoll rapportaġġ ta’ kontabbilita’ (cashflow) proġettat jew attwali, isiru fi żmien xieraq;

  5. iwettaq dmirijiet konnessi mal-ħruġ ta’ titoli tal-Gvern (Government securities) fis-suq primarju u l-iżvilupp tas-suq;

  6. iwettaq dmirijiet relatati mal-immaniġjar tad-dejn. Dan jinkludi risk modelling tal-aggregate debt portfolio, sabiex jingħataw assistenza u pariri dwar il-ħruġ ta’ dejn ġdid, l-iffissar ta’ miri u firxiet strateġiċi sabiex jiggwidaw fl-immaniġjar ta’ kuljum tad-debt portfolio tal-Gvern, kif ukoll jikkompila metriċi ewlenin (key metrics) sabiex tingħata assistenza lill-Management fl-evalwazzjoni u l-moniteraġġ tal-impatt ta’ deċiżjonijiet li jirrigwardaw l-istrateġija tad-dejn;

  7. ippjanar u kontroll ta’ Baġit/nefqa, inklużi il-kompilazzjoni tal-Pjan ta’ Kummerċ u Finanzjarju, id-Dokument tal-Baġit, id-Diskors/Qari tal-Baġit u l-Abbozz tal-Liġi u l-Att dwar l-Appropjazzjoni relatat;

  8. iħejji l-qagħda baġitarja ta’ Malta, jikkalkula u jassessja l-allokazzjonijiet baġitarji ta’ Malta u Stati Membri oħrajn, kif ukoll jipprepara il-briefs/struzzjonijiet għal-laqgħat inkluż laqgħat ta’ livell għoli;

  9. jikkonsolida l-kontribut u jagħti pariri dwar allokazzjonijiet baġitarji u tbassir tad-dħul fl-Estimi Finanzjarji tal- Gvern, kemm għas-sena ta’ wara kif ukoll fuq il-bażi ta’ Pjan Kummerċjali u Finanzjarju ta’ tliet snin u lmoniteraġġ kontinwu tagħhom matul is-sena;

  10. jikkonsolida l-kontribut u jagħti pariri dwar talbiet għar-rilaxx ta' porzjonijiet perjodiċi lill-Entitajiet Pubbliċi, anke permezz tal-użu tas-Sistema ta' Rappurtaġġ Finanzjarju tad-Data, li teħtieġ valutazzjoni tal-infiq u dħul iddokumentat attwali u previżjonijiet irrappurtati mill-Entitajiet Governattivi kollha, li l-ħlasijiet kollha lill-Gvern jiġu riżolti f'waqthom;

  11. jassigura li data ta’ statistika u projettazzjonijiet ikunu korretti u relevanti, u li xejriet fid-data identifikati jkunu analizzatti u interpretati kif ikun xieraq u rrapportati lis-Senior Management flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għal kull azzjoni rimedjali li jkun hemm bżonn;

  12. jaħdem fuq publikazzjonijiet u rapporti varji, li jistgħu joriġinaw minn ħtiġijiet interni, nazzjonali jew internazzjonali. Eżempji ta’ rapporti bħal dawn huma rapporti ta’ cashflow, ir-Rapport Finanzjarju, ir-Rapport tad-Defiċit u Dejn (Fiskali) ta’ Malta, rapporti dwar il-kompilazzjoni ta’ Accounts Finanzjarji u mhux Finanzjarji, stqarrijiet statutorji maħruġin kull kwart tas-sena jew annwali, Mistoqsijiet Parlamentari u oħrajn;

  13. jimmaniġġja l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ proġett inklużi proċessi ddelegati, bħalma huma limplimentazzjoni u l-manutenzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS) fost oħrajn. Barra minn dan jassumi l-irwol ta’ tmexxija fl-identifikazzjoni ta’ titjib tal-proċess għar-raġuni ta’ simplifikazzjoni, innovazzjoni u valur miżjud;

  14. imexxi analiżi finanzjarja u ta’ accounting fid-dettall, evalwazzjoni u valutazzjoni/stima ta’ proċessi ta’ politiki u kummerċ, ifassal rakkomadazzjonijiet infurmati u pjanijiet ta’ azzjoni;

  15. jimmaniġġja l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ awditjar, li jinkludi l-approvazzjoni ta’ verifiki/spezzjonijiet fuq il-post u, ċċekkjar bla notifikazzjoni, u kull azzjoni/investigazzjoni li għandha ssir wara. Jikkontribwixxi wkoll għal awditjar intern u estern kif meħtieġ;

  16. imexxi timijiet fit-twettiq ta’ reviżjonijiet ta’ finanzi, prestazzjoni u value for money tal-Ministeri u Entitajiet;

  17. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Ministeru f’laqgħat u konferenzi, kemm lokali kif ukoll internazzjonali u jipparteċipa fi gruppi ta’ ħidma;

  18. jirrappreżenta lid-Dipartiment jew lill-Ministeru f’kull proċeduri legali kif ikun mitlub jagħmel u jassigura lkorrettezza u relevanza tad-dokumentazzjoni;

  19. jassigura li leġiżlazzjoni, regolazzjoni, politiki u proċeduri ta’ kontroll intern jiġu osservati u li l-moniteraġġ jiġi implimentat kif xieraq. Dan jinkludi wkoll ħidma mal-Management biex jassigura assessment adegwat ta’ riskju u proċessi ta’ maniġġjar ta’ riskju kif ukoll pjani ta’ kontinġenza biex jilqgħu għall-emerġenzi;

  20. jifformola u jaġġorna politiki, proċessi u proċeduri ta’ natura finanzjarja kif ikun mitlub jagħmel. Dan jinkludi l-ifformular ta’ rakkomandazzjonijiet informati lis-Senior Management, jissorvelja l-iżvilupp ta’ materjali u programmi ta’ taħriġ;

  21. imexxi analiżi fil-fond, bħall-analiżi tal-cost-risk trade-offs ta’ strateġiji ta’ self differenti, u jifformula rakkomandazzjonijiet infurmati;

  22. iżomm ruħu aġġornat ma’ standards ta’ accounts, leġiżlazzjoni finanzjarja u politiki tal-Gvern. Barra dan iżomm ruħu aġġornat ma’ sistemi ta’ accounting, proċeduri u applikazzjonijiet, u jsegwi taħriġ kif ikun mitlub. Dan jinkludi l-assigurazzjoni li kull aġġornament jkun mgħoddi lill-impjegati taħt is-superviżjoni tiegħu. Iżomm ukoll ruħu aġġornat fuq tekniki finanzjarji bħal portfolio management u oħrajn;

  23. ifassal rakkomandazzjonijiet informati rigward it-traspożizzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE f’leġiżlazzjoni Maltija kif ikun meħtieġ;

  24. jistabbilixxi miri ċari għall-impjegati taħt ir-responsabbiltà tiegħu fi ħdan il-kuntest ta’ miri Ministerjali u Dipartimentali u b’kollaborazzjoni mas-Senior Management u kollegi;

  25. jipprovdi tmexxija effettiva u moniteraġġ tal-impjegati li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu biex jassigura prattiċi tajbin, jiffaċilita ż-żamma ta’ tagħrif fi ħdan il-Gvern, jinkoraġġixxi l-iżvilupp personali u professjonali, filwaqt li jagħti l-għajnuna tiegħu għall-kollaborazzjoni fir-rigward tal-akkwist ta’ miri organizzazzjonali strateġiċi;

  26. jassigura li l-impjegati u r-riżorsi jkunu mmaniġġjati professjonalment biex jinkoraġġixxi sistema organizzazzjonali flessibbli u struttura li tkun responsiva u proattiva fir-rigward ta’ ħtiġijiet li dejjem jinbidlu;

  27. dmirijiet oħra skont struzzjonijiet mogħtija mid-Direttur, id-Direttur Ġenerali, u s-Segretarju Permanenti, u;

  28. dmirjiet oħra skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku skont struzzjonijiet mogħtija mis-Segretarju Permanenti Ewlieni.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji.
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

U
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża. Dawk il-kandidati li m’għandomx MQF ta’ Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b’suċċess fl-assessjar mill-kors ‘Maltese Language 1’ offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ.
Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b’suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta’ prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

U
  1. ikollhom kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), f’Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Economics jew Banking and Finance jew ACCA  jew kwalifika professjonali komparabbli.
U
  1. ikollhom ħames (5) snin esperjenza maniġerjali rilevanti fi Skala 7 jew ogħla. Esperjenza oħra maniġerjali li l-impjegat jista’ jkollu tista’ tiġi kkunsidrata mill-Amministrazzjoni, liema esperjenza għandha tkun ippruvata b’evidenza rilevanti;
JEW
  1. Il-persuna li preċedentament kienet tagħmel dawn id-dmirijiet ta’ dan ir-rwol speċifiku f’dan il-qasam fil-kapaċità ta’ Assistent Direttur, f’terminu li għadu kif spiċċa immedjatament qabel jew li l-pożizzjoni ġiet mibdula minn dik ta’ Assistent Direttur. 
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 iii formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2020. Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza ma tintlaħaqx, il-kandidati magħżula jiġu skwalifikati mir-riżultat.

4.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).
Ministeru / Dipartiment :
Sezzjoni ta’ Reklutaġġ
Persuna Responsabbli’ :
Sa Elaine Psaila
Indirizz :
158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.
Telefown :
25998431
Email address :


  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.