Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Assistant Manager (Accounting and Finance)

     Nru. ta' Referenza Gazetta tal-Gvern datata 15/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 29/01/2021 17:15
    Ministeru: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A -Assistant Manager (Accounting and Finance) 
Id-Direttur (Finanzi u Amministrazzjoni), Uffiċċju tal-Prim Ministru, tilqa’ applikazzjonijiet għall-post t’ Assistant Manager (Accounting and Finance) fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors t’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

Is-salarju t’ Assistant Manager (Accounting and Finance) li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbilta’ ta’ paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (iii) (ċ) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2021 huwa ta’  €18,724 fis-sena, li jiżdied b’€354 fis-sena sa massimu ta’ €20,848.

Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2021 hija ekwivalenti għal €19,974 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €22,225 mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(iii) (b), f’perjodu ta’ mhux iktar minn sentejn (2) mid-data tal-ħatra, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija.

Persuna fil-grad t’Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1 (iii) (b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla fi Skala 10 (€21,267 x €407.67 - €23,713) fis-sena 2021 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, soġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.

  2. Uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.

Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tal-Accounting and Finance, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

Dmirijiet

Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager (Accounting and Finance) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 



Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

    1. ċittadini ta’ Malta ; jew

    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiemajew

    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew

    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew

    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew

    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

      Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jintalab skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

      Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża.  Dawk il-kanditati li m'għandhomx MQF ta' Livell 1 fil-lingwa Maltija jridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl-assessjar mill-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi.  L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mal-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien sitt (6) xhur mill-ingaġġ. B'hekk, Uffiċċjali impjegati li ma jiksbux dan iċ-ċertifikat fi żmien ta' prova ta' sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta' darba ta' żmien ta' prova għal perjodu ta' sitt (6) xhur biex jiksbu b' suċċess dan iċ-certifikat.

    Jekk il-persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b'suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta' prova (jiġifieri tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga msemmija hawn fuq.

    U

    1.  (i) fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta (fil-Livell 4 tal-MQF) jew

      (ii) kwalifika rikonoxxuta komparabbli fil-Livell 4 tal-MQF

       JEW 

    2. (i) fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) jew

      (ii) kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabli fil-livell 5 tal-MQF

      fiż-żewġ livelli indikati tal-MQF ikunu fl-Accountancy jew Business Management jew Business Administration jew Ekonomija jew Banking and Finance. 

      *Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentata dwar L-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandhu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti.  Jistà jintalab il-parir tal-MQRIC.

      JEW

    3. fil-pussess ta’ żewġ suġġetti fil-Livell Avvanzat (li wieħed minnhom għandhu jinkludi pass fl-Accounting) u tliet suġġetti fil-livell Intermedjarju tal-Matrikola (li wieħed minnhom għandhu jinkludi pass fil-Pure Mathematics). jew kwalifika rikonoxxuta u komparabbli.
     iv.     Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet suġġetti fil-livell Intermedjajru tal-Matrikola, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-ħatra, dawk appuntanti, iridu jintrabtu li jlestu b’suċċess kwalifika rikonoxxuta f’qasam relatat fil-Livell 5 tal-MQF, f’perjodu ta’ mhux aktar tard minn sentejn (2), biex jipprogressaw għal Skala ta’ Salarju 11, fejn fil-każ li dan ma jseħħx, il-ħatra tiġi mneħħija. Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11).  Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.

Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilta, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija f'4.1 (iii) formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifika fil-paragrafu 4.1(iii) jew kif indikat f'paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura iridu jkunu ġabu jew ġew approvati għat-tali kwalifika sal-31 ta' Mejju, 2021. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintalaħaqx, il-ħatra tiġi ipso facto, awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.

(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f'paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2.

L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għalih (applikanti li diġa qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat tal-Kondotta riċenti maħruġ mill-Pulizija jew awtorita oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

People Management, Finance and Administration Directorate, Office of the Prime Minister

Contact Persons :

Ms Eloise Magro, Ms Romina Brincat

Address :

Auberge de Castille, St. Paul's Street, Valletta.

Telephone :

22002011, 22001016

Email address :

human-resources.opm@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.