Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Technical Attaché (Affarijiet Fiskali)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern tat-3 ta' Marzu 2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 03/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 17/03/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Technical Attaché (Fiscal Affairs) 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Technical Attaché (Affarijiet Fiskali) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ.

3.1 Is-salarju ta' Malta u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbut mal-pożizzjoni ta’ Technical Attaché huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal €30,353.38 fl-2023), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, it-Technical Attaché ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.

3.2 F'każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diġà qed isservi fil-pożizzjoni ta' Technical Attaché b' salarju, benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f' dawn il-każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-ogħla skala ta' salarju, benefiċċji u allowances.

3.3 Għat-tul tal-Ftehim, it-Technical Attaché ikun marbut mal-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015; CONDSER Ġunju 2015 V1.1) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Technical Attaché jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:

i. ċittadini ta' Malta;

ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; għarfien fil-lingwa Franċiża jkun meqjus bħala vantaġġ;

iii. ikollhom kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 90 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b' mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw  ghalih, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti;

JEW

fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 ta' MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET jew ekwivalenti)* f' qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti.

*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm ikun ivverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET. 

iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

5.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
  
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.5 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru/dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

5.6  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

5.7 Applikazzjonijiet minn persuna li tkun diġà qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Technical Attaché fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell tkun biss ikkunsidrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall-applikazzjonijiet minn tal-inqas sentejn fil-pożizzjoni kurrenti ta' Technical Attaché.

Ministry / Department :

Ministry għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ

Contact Persons :

Ms Ann Marie Mifsud

Address :

331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

(+356) 2204 3030

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.