Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Accountant

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFE 1/2021


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Negozju u Finanzi
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol
    Dipartiment: Quality Assurance Unit

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A 
Din is-sejħa qed tieħu post is-sejħa ta' Senior Accountant fil-Quality Assurance Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol ippublikata fuq l-Intranet tal-Gvern fil-11 ta' Diċembru 2020 permezz ta' Ċirkulari Nru HR/MFE 1/2020. Madanakollu, applikanti li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet datata 11 ta' Diċembru, 2020 m'għandhomx għalfejn jerġgħu japplikaw.


1. Is-Segretarju Permanenti (Finanzi u Xogħol), Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Accountant fil-Quality Assurance Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Accountant huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2021 huwa ta’ €29,134 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,978.

2.3 Il-kandidati magħżula jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma' xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

a. Il-persuni maħtura jkunu intitolati għal benefiċċji oħra u suġġetti għall-kundizzjonijiet u l-obbligi skont kif determinat mill-amministrazzjoni ċentrali minn żmien għal żmien. Allowances ta' ċertifikazzjoni b'rabta mal-kisba ta' kwalifika u/jew warrant pertinenti, kif ukoll allowance b'rabta ma Żvillupp Professjonali Kontinwu, huma inklużi fil-pakkett tas-salarju.

2.4. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.5 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Accountant jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom;

i. (a) ikollhom kwalifika ta' Masters rikonoxxuta professjonali fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*);

JEW

(b) ikollhom kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli fil-Livell 7 tal-MQF

fl-Accountancy.

U

warrant ta' Practicing Certificate in Auditing maħruġ mill-Accountancy Board ta' Malta jew konferma bil-miktub maħruġa mill-istess Board li jissodisfaw ir-rekwiżiti statutorji relevanti biex jipposedu dan il-warrant sal-għeluq ta' din is-sejħa.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVETS kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVETS kretti. Baċċelarat fl-Accountancy ekwivalenti għal MQF Livell 7 se jkun ikkunsidrat ukoll. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

4.4. Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).


Ministeru:




Sezzjoni tar-Reklutaġġ


Persuna Responsabbli':


 

Sa Elaine Psaila


Indirizz:


 

158, Cavallier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.


Telefown:


 

25998431


Email address :




  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.