Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Heavy Plant Driver (Grupp IV)

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MG 2/2021


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għal Għawdex
    Dipartiment: Direttorat għall-Affarijiet Rurali f'Għawdex

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għal Għawdex jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Heavy Plant Driver (Grupp IV) fil-Ministeru għal Għawdex.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Heavy Plant Driver (Grupp IV) huwa ta’ Skala ta' Salarju 17, li fis-sena 2021 huwa ta’  €13,315 fis-sena, li jiżdied b’€244 fis-sena sa massimu ta’ €14,779.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Heavy Plant Driver (Grupp IV) titla’ fi Skala 16 (li fis-sena 2021 hija ta' €14,306 x €263 - €15,884 ) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4  Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjins kompetenti.

2.5 Jekk il-persuna magħżula tkun impjegata ta’ organizzazzjoni fis-Settur Pubbliku aktar wiesgħa, hi tkun meħtieġa tagħmel l-arranġamenti tagħha sabiex tkun rilaxxata għall-Ministeru għal Għawdex.

2.6 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.7 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.




Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Heavy Plant Driver (Grupp IV) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew impjegati tas-Settur Pubbliku,  li:

(a) (i) huma fil-grad sustantiv fi Grupp I, II, III jew IV tal-gradi industrijali u li ġew ikkonfermati fil-grad ta' Grupp I, II, III jew IV;

U

    (ii) għandhom liċenzja valida ta' Kategorija Ċ u D.

JEW

(b)  Jekk l-applikant ġej mis-Settur Pubbliku, irid ikollu liċenzja Ċ jew D valida u juri kompetenza xierqa fid-dmirijiet reletati.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entita’, f’kaz li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall-post.

Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal dan il-post ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.

4.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.5 Uffiċċjali Pubbliċi li jgħixu Għawdex iżda li jaħdmu Malta, u li għandhom grad sustantiv bħal ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, jistgħu japplikaw lateralment.  F' każ li jintgħażlu, dawn l-Uffiċjali Pubbliċi jiġu ttrasferiti għall-Ministeru għal Għawdex, u jżommu l-grad u s-salarju tagħhom.  Huwa kkjarifikat li dawn il-kandidati ma jingħatawx marki addizzjonali fil-proċess tal-għażla għall-pussess ta' kwalifiċi li huma rekwiżiti tal-eliġibilita' skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

Ministry / Department :

 Ministeru għal Għawdex

Contact Persons :

 Isabella Grech

Address :

 Fergħa tal-People Management

 Direttorat għas-Servizzi Korporattivi

 Ministeru għal Għawdex

 Pjazza san Franġisk

 Rabat Għawdex

Telephone :

 22100224

Email address :

 isabella.a.grech@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.