Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Principal Technical Officer (Civil Engineering)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari HR/MFH Nru. 05/2021


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 05/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Job Description 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Principal Technical Officer (Civil Engineering), fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1. Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.


2.2. Is-salarju ta’ Principal Technical Officer (Civil Engineering) huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2021 huwa ta’ €22,633 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €25,317. 

2.3. Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-beneficcji ohra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mnizzlin fi kwalunkwe ftehim relevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Union Kompetenti.

2.4. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

2.5. L-aċċettazzjoni ta' ħatra f'dan il-grad tfisser li kwalunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata sakemm dawn ta' l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkoncernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Principal Technical Officer (Civil Engineering) fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Aktar dettalji dwar id-dmirijiet marbuta ma’ dan il-post jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171 li jista’ jiġi kkuntattjat ukoll permezz tal-email fuq recruitment.health@gov.mt

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li japplikaw għal post ogħla għandom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti:

U

(a) ġew assimilati bħala ‘Officer in Grade 9’ jew ‘Officer in Grade 8’ skont il-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, ir-Regrading u l-Assimilazzjoni tal-Klassi Teknika u li l-ħatra tagħhom f’dan il-grad ġiet konfermata; JEW

(b) huma kkonfermati fil-ħatra ta’ Senior Technical Officer, li huma fil-pussess ta’ mill-inqas Higher Technician Diploma (HTD) rikonoxxuta f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 kreditu ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*) f’qasam tekniku relatat jew kwalifika komparabbli f'Livell 5 tal-MQF, u li għandhom mhux inqas minn ħames (5) snin esperjenza f’site project management u/jew workforce supervision; JEW

(ċ) ġew assimilati fil-grad ta’ Senior Technical Officer skont il-Ftehim dwar il-Klassifikazzjoni, ir-Regrading u lAssimilazzjoni tal-Klassi Teknika,li ġew ikkonfermati f’din il-ħatra u li għandhom mill-inqas total ta’ ħames (5) snin servizz f’dan il-grad ġdid jew fil-gradi ta’ qabel ta’ Technical Officer I u Technical Officer II.

4.2. il Higher Technician Diploma hija meqjusa bhala kwalifika fil-livell 5 tal-Malta Qualifications Framework (suġġetta ghall-minimu ta'60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti *), Persuna li jkollha Kwalifika rikonoxuta f'livell 4 tal-MQF (suġġetta ghall-minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti*), segwita b'sentejn (2) esperjenża xierqa u ppruvata titqies bhala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komparabbli f' livell 5 tal MQF li tinsab f'paragrafu 4,1(b). Is- sentejn (2) esperjenza xierqa u nppruvata,izda,ma jistghux jinghaddu wkoll bhala parti mill-hames (5) snin esperjenza ohra mandatorja f'site project management u/jew workforce supervision.

* Fin nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema ohra ta' kejl tal-kontenitut tal kors, il- bord tal- ġħazla ġħandu jevalwa l- programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60/120 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabli), jista' jintalab bil- parir tal-MQRIC.


4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Ministry / Department : Ministry for Health
Contact Person : Maureen Mahoney
Address : Director General (People Management) Ministry for Health, Palazzo Castellania, 15, Merchants Street, Valletta, VLT 1171.
Telephone : +356 22992604
Email address : recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.