Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Għalliem Supplimentari

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 06/05/2022


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 06/05/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 19/05/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Appendix A 
Ara d-dokument Annex A  
Ara d-dokument Job Description 
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma t'abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, l-MEYR jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).


1.1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni (MEYR), jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.

1.2. L-applikanti jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari f’wieħed jew aktar mis-suġġetti li jidhru hawn taħt:
  1. Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC);
  2. Edukazzjoni Primarja (Ġenerali);
  3. Edukazzjoni Primarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);

  1. Edukazzjoni Sekondarja (Agribusiness);
  2. Edukazzjoni Sekondarja (Computing u/jew Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT)
  3. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Inġinerija);
  4. Edukazzjoni Sekondarja (Etika);
  5. Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing u Beauty);
  6. Edukazzjoni Sekondarja (Saħħa u Kura Soċjali); 
  7. Edukazzjoni Sekondarja (Ospitalità);
  8. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni);
  9. Edukazzjoni Sekondarja (Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti);
  10. Edukazzjoni Sekondarja (Media Literacy);
  11. Edukazzjoni Sekondarja (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera - PSCD);
  12. Edukazzjoni Sekondarja (Retail);
  13. Edukazzjoni Sekondarja (Xjenza);
  14. Edukazzjoni Sekondarja (Moda u Tessuti);
  15. Edukazzjoni Sekondarja (Teknoloġija tal-Informazzjoni Vokazzjonali u/jew Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni - ICT);

  1. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Accounting);
  2. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Għarbi);
  3. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Arti);
  4. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Bijoloġija);
  5. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji tan-Negozju);
  6. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Kimika);
  7. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ċiniż);
  8. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Żfin);
  9. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reċtar);
  10. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Disinn u Teknoloġija);
  11. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ingliż);
  12. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Ewropej);
  13. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Franċiż);
  14. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġografija);
  15. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ġermaniż);
  16. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Komunikazzjoni Grafika);
  17. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Storja);
  18. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Ekonomija għad-Dar (HE);
  19. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Taljan);
  20. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Malti);
  21. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Matematika);
  22. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Mużika);
  23. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Edukazzjoni Fiżika (PE);
  24. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Fiżika);
  25. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Reliġjon);
  26. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Studji Soċjali);
  27. Edukazzjoni Sekondarja/Post-Sekondarja (Spanjol);

  1. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Studji Klassiċi);
  2. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Computing u/jew Informazzjoni Teknoloġika);
  3. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Ekonomija);
  4. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Engineering Drawing and Computer Aided Design);
  5. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Xjenza Ambjentali);
  6. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Marketing);
  7. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Filosofija);
  8. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Psikoloġija);
  9. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Soċjoloġija);
  10. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Systems of Knowledge);
  11. Edukazzjoni Post-Sekondarja (Theatre and Performance);  
1.2.1. Suġġett tal-Programm għal Tagħlim Alternattiv (ALP) għall-edukazzjoni mainstream jew skola/skejjel speċifiċi
  1. Edukazzjoni Sekondarja (Ġardinaġġ);
  2. Edukazzjoni Sekondarja (Arti u Disinn);
  3. Edukazzjoni Sekondarja (Auto Mechanics);
  4. Edukazzjoni Sekondarja (Automotive Repair - Body and Paint);
  5. Edukazzjoni Sekondarja (Inġinerija Bażika);
  6. Edukazzjoni Sekondarja (Servizzi tal-Bini);
  7. Edukazzjoni Sekondarja (Care Work);
  8. Edukazzjoni Sekondarja (Karpenterija);
  9. Edukazzjoni Sekondarja (Customer Care u Bejgħ);
  10. Edukazzjoni Sekondarja (Installazzjonijiet Elettriċi u Elettronika Bażika);
  11. Edukazzjoni Sekondarja (Induratura taż-Żejt u l-Ilma);
  12. Edukazzjoni Sekondarja (Hairdressing);
  13. Edukazzjoni Sekondarja (Multi-Media);
  14. Edukazzjoni Sekondarja (Personal and Beauty Care);
  15. Edukazzjoni Sekondarja (Plumbing);
  16. Edukazzjoni Sekondarja (Fuħħar u Ċeramika);
  17. Edukazzjoni Sekondarja (Sheet Metal/Blacksmith);
  18. Edukazzjoni Sekondarja (Welding and Fabrication);
1.2.2. Suġġett tal-Edukazzjoni Speċjali fiċ-Ċentri tar-Riżorsi/Klassijiet tar-Riżorsi  
  1. Edukazzjoni Speċjali (Disinn u Teknoloġija);
  2. Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali);
  3. Edukazzjoni Speċjali (Ekonomija għad-Dar (HE);
  4. Edukazzjoni Speċjali (Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni ICT);
  5. Edukazzjoni Speċjali (Xjenza);
  6. Edukazzjoni Speċjali (Żvilupp Personali, Soċjali u fil-Karriera (PSCD);
  7. Edukazzjoni Speċjali (Edukazzjoni Fiżika (PE);

1.2.3. Skont l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta, persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizzazzjoni tagħha hu:
  • fl-Accounting jew fl-Ekonomija tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Studji tan-Negozju u/jew Retail;
  • l-iStudji tan-Negozju jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu r-Retail;
  • fil-Bijoloġija, Kimika jew Fiżika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Xjenza;
  • id-Disinn u Teknoloġija jistgħu wkoll ikunu meħtieġa biex jgħallmu l- Komunikazzjoni Grafika;
  • fl-Engineering Drawing u Computer Aided Design (CAD) tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Komunikazzjoni Grafika;
  • fl-Ingliż tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll l-Ingliż bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja;
  • fil-Komunikazzjoni Grafika tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll Disinn u Teknoloġija;
  • Moda u Tessuti bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Ekonomija għad-Dar (HE) tista’ tintalab tgħallem ukoll  Tessuti u Moda u/jew l-Ekonomija għad-Dar (HE);
  • fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Kimika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Kimika;
  • fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Bijoloġija tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Bijoloġija;
  • fix-Xjenza bi ECTS/ECVET credits rilevanti għall-Fiżika tista’ tintalab tgħallem ukoll il-Fiżika;
  • fil-Malti tista’ tkun mitluba tgħallem ukoll il-Malti bħala Lsien Barrani fiċ-Ċiklu tal-Primarja/Sekondarja. 
1.3. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha hija l-Arti, Etika, Xjenza, Mużika, PE jew PSCD (Sekondarja/Post-Sekondarja) tista’ tintalab tgħallem ukoll is-suġġett rispettiv fiċ-Ċiklu tal-Primarja u Kindergarten.

1.4. Persuna magħżula li l-qasam ewlieni ta’ speċjalizazzjoni tagħha hija kwalunkwe suġġett mgħallem fil-Livell sekondarju u/jew post-sekondarju f’klawsola 1.2 hawn fuq tista’ tintalab tgħallem ukoll is-suġġett rispettiv fiċ-Ċentri tas-Sapport ta’ Tagħlim u/jew skejjel li joffru Programmi għal Tagħlim Alternattiv.

1.5. Persuna magħżula biex tgħallem il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti tkun meħtieġa li tgħallem aktar minn suġġett wieħed fi ħdan dan il-programm.

1.6. Jekk suġġett li bħalissa huwa mgħallem f’ċiklu partikulari u jibda jiġi mgħallem f’ċiklu differenti, il-persuna magħżula tista’ tiġi trasferita skont il-ħtieġa.

1.7. Persuna magħżula tista’ tintalab tagħmel kull taħriġ speċjali skont il-bżonn.
  

3.1. Is-salarju marbut mal-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jkun skont dan li ġej:

(a) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(iii) t’hawn taħt (Kategorija A fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 9, li fl-2022 hi ta’ €23,353 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont Skala tas-Salarju 9 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali ta’ €650 jew fuq bażi pro-rata, jekk tkun impjegata għalinqas minn sena skolastika waħda;

(b) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(iv) (Kategorija B fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragrafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 10, li fl-2022 hi ta’ €21,950 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont Skala tas-Salarju 10 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali ta’ €625 jew fuq bażi pro-rata, jekk tkun impjegata għalinqas minn sena skolastika waħda;

(ċ) Għalliema Supplimentari li jiġu ngaġġati skont it-termini ta’ paragrafi 5.1(v) (Kategorija Ċ fil-lista tar-riżultati skont it-termini ta’ paragarafu 7.2 t’hawn taħt) jitħallsu l-minimu ta’ Skala tas-Salarju 12, li fl-2022 hi ta’ €19,323 fis-sena jekk ikunu fuq bażi full-time jew fuq bażi ta’ ħlas bis-siegħa pro rata skont Skala tas-Salarju 12 jekk fuq bażi ta’ part-time u allowance annwali ta’ €575 jew fuq bażi pro-rata, jekk tkun impjegata għal inqas minn sena skolastika waħda.

3.2. Għalliema Supplimentari jkunu wkoll intitolati għall-bonus annwali u għal suppliment tad-dħul fil-ġimgħa, kemm jekk fuq bażi full-time kif ukoll fuq bażi pro-rata skont l-għadd ta’ sigħat ta’ kuntatt u sigħat bla kuntatt maħdumin jekk l-għalliem ikun qed jaħdem fuq bażi part-time, sakemm madankollu dawn ma jkunux diġà qed jitgawdew minnu taħt xi wieħed mill-provedimenti tal-Att tas-Sigurtà Soċjali.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Għalliem Supplimentari jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

(ii) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u bil-lingwa Ingliża; U

Kategorija A

(iii)
(a) fil-pussess tagħhom kwalifika ta’ tagħlim rikonoxxuta fil-livell 6/7 tal-MQF kif definit fl-Appendiċi A jew kwalifika kumparabbli fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih: JEW

(b) fil-pussess tagħhom kwalifika rikonoxxuta fil-livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*), jew kwalifika kumparabbli fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih flimkien ma’ Teacher’s Warrant (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għall-Professjoni tal-Għalliema (CTP) taħt l-artikolu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni; JEW

(ċ) fil-pussess tagħhom xi wieħed mir-rekwiżiti f’paragrafi 5.1(iii) (a) u (b) hawn fuq, imma mhux fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, bil-kundizzjoni li jkollhom ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli fil-livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li applikaw għalih. Fil-każ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni, ICDL Avvanzat b’minimu ta’ 18-il ECTS fil-Livell 4 tal-MQF jiġi aċċettat, bil-kundizzjoni li l-applikanti magħżula jridu jtemmu b’suċċess it-taħriġ speċifiku meħtieġ f’C3, sa tmiem is-sena skolastika;

(d) għall-Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) u/jew l-Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew il-Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti, l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/suġġett/qasam;

(e) għall-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iii) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Xjenza;

(f) f’każ ta’suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail, u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika sat-tmiem tas-sena skolastika;

(ġ) l-applikanti kollha li japplikaw taħt paragarafu 5.1(iii) t’hawn fuq jinħtieġ li jkunu eleġibbli għal kisba ta’ Warrant ta’ Għalliem (Permanenti) maħruġ mill-Kunsill għal Professjoni ta’Għalliem (CTP) skont artiklu 24 (2) tal-Att dwar l-Edukazzjoni.

Kull referenza għall-kwalifika ta’ Tagħlim jew kwalifika/kors pedagoġiku msemmi hawn fuq trid tkun skont it-tabella li tinstab f’Appendiċi A u tkun meqjusa komparabbli mis-CTP skont it-termini ta’ Artiklu 24 (2) (d) (iv) tal-Att dwar l-Edukazzjoni. Min għandu Baċċelerrat fl-Edukazzjoni jew PGCE jew MTL maħruġ mill-Università ta’ Malta, huma eżentati milli jipprovdu l-komparabbiltà.

Kull referenza għal kwalifika rikonoxxuta ta’ Tagħlim jew kors ta’ Pedagoġiku (Appendiċi A) msemmi hawn fuq, tista’ tarahom billi taċċessa dan il-link:

Kategorija B

(iv)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont paragarafu 5.1(iii) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:

(a) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih; JEW

(b) kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 180 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*), jew kwalifika komparabbli fiċ-ċiklu/suġġett/qasam li applikaw għalih; JEW

(ċ) kwalunkwe mill-kwalifiċi msemmijin f’paragarafi 5.1(iv) (a) jew (b) hawn fuq, imma mhux fis-suġġett/qasam li applikaw għalih, bil-kondizzjoni li jkollhom ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat tal-livell 4 tal-MQF (minimu Grad E) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli fil-livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, fis-suġġett/qasam relatat li applikaw għalih.

(d) għas-suġġett Edukazzjoni Primarja (Ġenerali) u/jew Edukazzjoni Speċjali (Ġenerali) u/jew Programm ta’ Induzzjoni għall-Immigranti, l-applikanti jistgħu japplikaw b’rekwiżiti f’paragrafi 5.1(iv) (a) and (b) hawn fuq b’kwalunkwe speċjalizzazzjoni f’ċiklu/qasam/suġġett.

(e) għall-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC) l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Xjenza;

(f) għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti jistgħu japplikaw bir-rekwiżiti fil-paragrafi 5.1(iv) (a) u (b) hawn fuq bi kwalunkwe speċjalizzazzjoni fiċ-ċiklu/suġġett/qasam bil-kundizzjoni li jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) fl-ECDL, jew fil-pussess ta' kwalifika f'Livell 4 tal-MQF b’minimu ta’ 18-il ECTS fl-ICDL Avvanzat. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;

(ġ) f’każ ta’suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail, u Moda u Tessuti, l-applikanti irid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET, xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika sat-tmiem is-sena skolastika.

Kategorija Ċ

(v)
Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn applikanti eleġibbli skont paragarafi 5.1 (iii) u (iv) t’hawn fuq u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom:

(a)
(i) Higher/Advanced Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 60 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li qed japplika għalih, jew kwalifika komparabbli; U

(ii) erba’ (4) passes fil-Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) (MQF Livell 3) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, li jrid jinkludu l-Lingwa Ingliża, il-Lingwa Maltija u l-Matematika; JEW

(b)
(i) żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) (MQF livell 4) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, fejn wieħed mis-suġġett fil-Livell Avvanzat tal-Matrikola (minimu grad E) jew Award fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 30 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, irid ikun fis-suġġett/qasam li qed japplika għalih; U

(ii) erba’ (4) passes fil-Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) (MQF Livell 3) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, li irid jinkludu il-Lingwa Ingliża, il-Lingwa Maltija u l-Matematika; JEW

(ċ)
(i) kwalifika fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) fis-suġġett/qasam li applikajt għalih jew, kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli; u

(ii) erba’ (4) passes fil-Livell Ordinarju (“O” Level grad A-Ċ) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) (MQF Livell 3) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, li jrid jinkludu l-Lingwa Ingliża, il-Lingwa Maltija u l-Matematika;

(d) fil-każ tal-Edukazzjoni Fiżika, l-eleġibbiltà tkun estiża għal dawk l-applikanti li kisbu MQF Livell 4 fl-Isports U erba’ (4) passes fil-Livell Ordinarju (Grad A–C) u/jew Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (SEC Grad 1-5) (MQF Livell 3) jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli, li jridu jinkludu l-lingwa Ingliża, il-lingwa Maltija u l-Matematika;

(e) fil-każ tal-Engineering Drawing/Computer Aided Design (CAD), applikanti li qagħdu għall-eżamijiet tal-A Level (MQF Livell 4) tal-Engineering Drawing fl-2010 jew qabel, iridu jippreżentaw ċertifikat tal-Matrikola fil-Livell Avvanzat (minimu Grad E) (MQF Livell 4) fl-Engineering Drawing u ċertifikati tas-City and Guilds Livell 2D u 3D fil-Computer Aided Design jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli. Kandidati li qagħdu għal-Livell Avvanzat (MQF Livell 4) mill-2011 ’il quddiem iridu jippreżentaw biss iċ-ċertifikat tal-Livell Avvanzat fl-Engineering Drawing billi dan sar jinkludi komponenti mill-CAD;

(f) fil-każ tal-Edukazzjoni fi Snin Bikrin (ECEC), l-applikanti jridu jkunu fil-pussess ta’ Diploma tal-VET f’Livell MQF 4 (suġġetta għall-minimu ta’ 120 ECTS/ECVET credits jew ekwivalenti*) f'Childcare flimkien ma’ Livell ta' Matrikula Avvanzat (minimu Grad E) f’wieħed minn dawn li ġejjin: Malti jew Ingliż jew Matematika jew Xjenza u erba’ (4) passes fil-Livell Ordinarju (Livell O grad A-C) u/jew Ċertifikat ta’ Edukazzjoni Sekondarja (SEC grad 1-5) (Livell 3 tal-MQF), jew kwalifika komparabbli rikonoxxuta, li trid tinkludi l-Lingwa Ingliża, l-Lingwa Maltija u l-Matematika;

(ġ) fil-każ tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni l-applikanti li japplikaw taħt paragrafu 5.1 (v) (b) (i) hawn fuq iridu jkunu fil-pussess ta’ Livell ta' Matrikula Avvanzata (minimu Grad E) fl-ECDL, jew fil-pussess ta' kwalifika fl-ICDL Avvanzat f'Livell 4 tal-MQF b'minimu ta' 18 ECTS. L-applikanti li ma jkollhomx taħriġ speċifiku f’C3 xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li meta jiġu offruti l-impjieg itemmu b’suċċess it-taħriġ meħtieġ f’C3 sa tmiem is-sena skolastika;

(h) f’każ ta’ suġġetti li ġejjin mgħallma fiċ-ċiklu sekondarju: Agribusiness, Teknoloġija tal-Inġinerija, Hairdressing & Beauty, Saħħa u Kura Soċjali, Ospitalità, Teknoloġija tal-Informatika, Media Literacy, Retail, u Moda u Tessuti, l-applikanti jrid ikollhom fil-pussess tagħhom il-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET. L-applikanti li mhux fil-pussess tal-kors fit-Tagħlim u l-Assessjar tas-suġġetti tal-VET xorta jistgħu japplikaw bil-kundizzjoni li jotjenu din il-kwalifika sat-tmiem is-sena skolastika.

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 18/30/60/120/180 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

(vi) Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2. (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
  
5.3. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

5.4. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.5. L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

5.6.  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

5.7. L-applikanti kollha eleġibbli taħt paragrafi 5.1 iridu japplikaw għall-warrant temporanju onlajn jew iġeddu l-warrant temporanju tagħhom permezz tal-link li ġejja:
Il-warrant temporanju dejjem jiskadi fil-31 ta’ Awwissu u għandu jiġġedded kull sena skolastika.

Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road,Floriana,VLT2000

Telephone :

153

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.