Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Uffiċjal fi Grad 12 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 17.03.2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/03/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 03/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Ġustizzja

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Officer in Grade 12 (ACO) 

1.  Is-Segretarju Permanenti Ministeru għall-Ġustizzja jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Uffiċjal fi Grad 12 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti) fil-Ministeru għall-Ġustizzja.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Uffiċjal fi Grad 12 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2023 huwa ekwivalenti għal €20,270.04 fis-sena, li jiżdied b’ €354 fis-sena sa massimu ta’ €22,394.04.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Uffiċjal fi Grad 12 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti) tiġi promossa għal Uffiċjal fi Grad 11 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti) fi Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2023 huwa ekwivalenti għal €21,630 fis-sena, li jiżdied b' €375.17 fis-sena sa massimu ta' €23,881.02 wara sentejn (2) servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti. 

2.4 Il-persuni maħtura jkunu mistennija jaħdmu fuq bażi ta' xiftijiet fi tmiem il-ġimgħa u l-festi pubbliċi u wkoll li jservu l-pubbliku ġenerali fuq bażi ta' roster. L-uffiċjali jkunu meħtieġa jaħdmu erbgħin (40) siegħa fil-ġimgħa. Il-kandidati magħżula se jkunu intitolati għal Shift Allowance kif stipulat fil-Manwal tal-Allowances. Barra minn hekk, il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas ta' allowance fissa ta' 10% tas-salarju bażiku.

2.5 Applikazzjonijiet laterali minn Uffiċjali Pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għall-post ta’ Uffiċjal fi Grad 12 (Assistent Uffiċjal għall-Kondotti) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identità Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. ikunu profiċjenti fil-lingwi tal-Malti u tal-Ingliż; 

  2. fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Project Management, jew Management Studies, jew Studji Ewropej, jew Business Administration, jew Accountancy, jew Kreattività u Innovazzjoni, jew Quality Assurance Management, jew Liġi, jew Marketing, jew Communications, jew Ekonomija, jew Soċjoloġija, jew Computing, jew Kriminoloġija, jew Public Policy, jew Psikoloġija, jew Youth and Community Studies, jew Labour Studies, jew Laws of Procedure, jew Politika u l-Governanza, jew Kummerċ u Servizzi Finanzjarji, jew Statistika, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli professjonali fil-Livell 4 tal-MQF fl-Accountancy, flimkien ma' ħames (5) snin esperjenza ta' xogħol relevanti;
JEW​

iv. Uffiċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju bejn 13 u 16 u jkunu fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Project Management, jew Management Studies, jew Studji Ewropej, jew Business Administration, jew Accountancy, jew Kreattività u Innovazzjoni, jew Quality Assurance Management, jew Liġi, jew Marketing, jew Communications, jew Ekonomija, jew Soċjoloġija, jew Computing, jew Kriminoloġija, jew Public Policy, jew Psikoloġija, jew Youth and Community Studies, jew Labour Studies, jew Laws of Procedure, jew Politika u l-Governanza, jew Kummerċ u Servizzi Finanzjarji, jew Statistika jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli professjonali fil-Livell 4 tal-MQF fl-Accountancy;

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 120 krettu ECTS/ECVET, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni;

JEW

v. Uffiċjali tal-Pulizija rtirati b'mill-inqas għaxar (10) snin servizz sodisfaċenti fil-Korp tal-Pulizija.

Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
   
4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali Pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

​4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-Ministeru/Dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-Ministeru/Dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għall-Ġustizzja

Contact Persons :

Liberata Vassallo

Address :

Direttorat Servizzi Korporattivi,
Spinola Palace Business Centre, Livell 3,
Triq San Kristofru, l-Belt Valletta VLT 1464

Telephone :

23279590

Email address :

recruitment.justice@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.