Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Promozzjoni ta' Higher Specialist Trainee ghal Resident Specialist

     Nru. ta' Referenza Circular No. HR/MFCS 02/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 27/03/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 26/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Konnessjoni
Ara d-dokument English Circular 
Ara d-dokument Maltese Circular 
Avviż lil dawk it-tobba li: 

(i) huma fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Taħriġ ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta; jew 
(ii) se jkunu fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Taħriġ ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta fi żmien sitt (6) xhur mid-data tal-ħruġ ta’ din iċ-ċirkulari u minn meta nħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta;  

b’hekk jiġu eliġibbli għal reġistrazzjoni bħala speċjalist mal-Kunsill Mediku ta’ Malta, Higher Specialist Trainee li wettaq u lesta taħriġ ta’ speċjalist f’Malta, se jkun eliġibbli li jersaq għal intervista mingħajr ilħtieġa li joħroġ sejħa għal applikazzjoni skont klawżola 8.2 tal-Ftehim Settorali. Jekk jgħaddi, il-Higher Specialist Trainee jipprogressa għall-grad ta’ Resident Specialist b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat. 

Skala tas-Salarju 5

Dmirijiet

Minħabba li din hija promozzjoni Job Description mhix disponibbli.

Eliġibbiltà

Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jeħtieġu li: 

(i) jkunu mniżżla fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew 
(ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti  miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew  
(iii) (a)  jkollhom Ċertifikat ta’ Tkomplija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill-
Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li turi li lapplikant lesta tali taħriġ ta’ speċjalist hekk kif mitlub għall-ispeċjalita` rilevanti; jew  

(b) jkollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għal CCST għall-ispeċjalita` rilevanti, li hi maħruġa mill-awtorita` kompetenti fi Stat ieħor Membru tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att tal-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta; jew 

(c) jkollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata bi stqarrija formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tali Speċjalisti ta’ Malta, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti għat-tabib biex jiġi rreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist f’dik l-iSpeċjalita` partikulari. 
   
2.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess li huma eliġibbli taħt paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru tal-iSpeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.  

2.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) u paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu stqarrija ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti li jikkonferma li lkwalifika tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta.  

2.4. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw stqarrija mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti kif speċifikat hawn, għandha tinkludi kopja ta’ dik l-istqarrija mal-applikazzjoni tagħhom u d-dikjarazzjoni preżenti xorta tista’ tapplika, dment li jibgħatu kopja tal-istqarija hekk kif tkun għad-dispożizzjoni. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw l-istqarrija meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien, sa xahar (1) ieħor, mill-Kap tad-Dipartimenti/ Direttorati li qed jilqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar, ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni lill hinn minn dan iż-żmien iridu jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. 

Ministry / Department :

Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity

Contact Person :

Mary Mifsud / Maria Farrugia

Address :

38, Ordnance Street, Valletta

Telephone :

2590 3451 / 3354

Email address :

recruitment.mfcs@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.