Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annes A/ Annex A Duties |
Ara d-dokument | Project Officer (Paying Agency) - ARPA - MAFA - Eng |
Ara d-dokument | Project Officer (Paying Agency) - ARPA - MAFA - Mlt |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimai jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) fl-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli u Rurali fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimali. Din il-pożizzjoni tista' tkun parzjalment iffinanzjata mil-Fondi Ewropej għall-Agrikoltura u Żvilupp Rurali 2014-2020.
Salarju
3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 9 (ekwivalenti għal €24,869.67 fl-2021), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.
3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għall-
3.2 Persuna magħżula tkun intitolata wkoll għall-
(i) performance bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju baziku tagħħa. Ir-rata attwali tiġi stabbilita' b'deskrezzjoni tas-Segretarju Permanenti (MAFA).
(ii) disturbance allowance (minflok overtime) ta' 15% tas-salarju rispettiv li jista', f'ċirkustanzi eċċezzjonali u għall-perjodi speċifiċi kif awtorizzat mis-Segretarju Permanenti rispettiv, jiżdied għal 25%. Dan id-Distrurbance allowance ma jitħallasx jekk l-uffiċċjali jkunu qed jaħdmu fuq reduced hours jew kwalunkwe arranġament ta' telework; u
(iii) pro-rata responsibility allowance, stabbilita għal 25% tal-iskala tas-salarju rispettiv.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Project Officer (Paying Agency) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża;
- (a) fil-pussess ta' Baċċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 180 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*); jew
(b) jew kwalifika rikonoxxuta professjonali komprabbli għall-Livell 6 tal- MQF;
fl-Istudji Ewropej jew fl-Istujdi Internazzjonali jew fil-Management jew fl-Accountancy jew fl-Ekonomija jew fil-Business Studies jew fil-Politika Publika jew fil-Finanzi jew fil-Banking jew fix-Xjenza Soċjali jew fil-Komunikazzjoni jew fl-Istudji Legali, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti.
*fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetrmina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
iv. Uffiċjali Pubbliċi fi skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 12, li il-ħatra tagħhom f'din l-iskala ġiet ikkonfermata , jew impjegati fis-Settur Pubbliku jew impjegati fl-RSSL b'livell ta' responsibilta' kumparabbli u l-ħatra tagħhom ġiet ikkonfermata , flimkien ma' erba' (4) snin esperjenza ta' xogħol relevanti.
v. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
5.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilta’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti , għandha tinkludi minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET fir-rigward ta' korsijiet li bdew minn Ottubru 2008.
5.3 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krettu meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.4 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
5.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Agrikoltura, Sajd, Ikel u Drittijiet tal-Annimali |
Contact Persons : | Michelle Tabone |
Address : | Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, ir-Razzett tal-Gvern, Triq l-Ingiered, Għammieri, Marsa MRS 3303 |
Telephone : | 2292 4512 |
Email address : | humanresources.mafa@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.