Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Foreman fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.
2.2 Is-salarju ta’ Foreman huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2025 huwa ta’ €24,038.98 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €26,290.00.
2.3 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta’ klassi annwali ta’ €1,500.
2.4 Jekk il-persuna magħżula tkun impjegata ta’ organizzazzjoni fis-Settur Pubbliku aktar wiesgħa, hi tkun meħtieġa tagħmel l-arranġamenti tagħha sabiex tkun rilaxxata mal-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.
2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Foreman jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jew impjegati tas-Settur Pubbliku;
(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwi tal-Ingliż u l-Malti;
U;
U;
L-Uffiċjali pubbliċi għandhom ikunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom jew fil-ħatra preċedenti tagħhom fl-istess linja ta’ karriera, dment li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ l-eliġibbilita’ l-oħra kollha. Dawn l-uffiċjali pubbliċi jridu jkunu fil-grad ta’, jew kellhom il-grad ta’:
(ii) Assistaant Foreman jew Supervisor fis-Skala ta' Salarju 13 jew grad komparabbli fis- Settur Pubbliku.
Uffiċjali pubbliċi jistgħu japplikaw għal grad inqas anke jekk mhux ikkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom.
(ii) Assistaant Foreman jew Supervisor fis-Skala ta' Salarju 13 jew grad komparabbli fis- Settur Pubbliku.
Ladarba l-amministrazzjoni tintroduċi l-Kors ta' Ħiliet Superviżorji fil-Livell 2 dan għandu jitqies bħala pre-rekwiżit għad-dħul f'tali grad.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Maureen Mahoney Direttur Ġenerali (People Management) |
Address : | Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.