Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager II (Riżorsi Umani) fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.
2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.
2.3 Is-salarju ta’ Manager II (Riżorsi Umani) huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fl-2025 huwa ta’ €30,506.98 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €33,694.00.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 li ikollhom Master's degree rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€32,279.02 x €596.33 - €35,857.00 fis-sena 2025) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager II fi Skala ta’ Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti.
*Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Masters rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l-2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager II fi Skala ta' Salarju 7 li għandha degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 talMQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) titla’ fi Skala ta’ Salarju 6 (€32,279.02 x €596.33 - €35,857.00 fis-sena 2025) wara sitt (6) snin servizz bħala Manager II fi Skala ta' Salarju 7, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
2.6 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tassalarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti, u ħlas ta' allowance tal-klassi annwali ta €2,000, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.
2.7 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager II (Riżorsi Umani) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
L-oġġettivi tal-pożizzjoni huma li jappoġjaw il-funzjonijiet kollha tal-immaniġjar tar-riżorsi umani, inkluż l-ippjanar tar-riżorsi umani, konformita’ tal-proċessi delegate u mmaniġjar ta’ ġestjoni tar-rekords/data/statistika aġġornati tal-impjegati li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċ tar-riżorsi umani. Dan ir-rwol huwa kumplimentari għal dak ta’ People Management.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U
iii. ikollhom degree ta' Master's rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Work and Human Resources Management jew Training and Development jew Public Administration jew Public Management jew Corporate Governance and Leadership jew Leadership and Organisational Behaviour jew Management and Leadership jew Strategy, Leadership and Change Management jew Industrial Relations and Workplace Learning jew Business Administration jew Evidence Based Management, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.
*Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta b’minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettata biss bil-kundizzjoni li dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent tal-Masters mill-MQRIC tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. Kwalifika ta’ Master's rikonoxxuta mill-Università ta’ Malta (mogħtija qabel l'2009) b’inqas minn 60 krettu ECTS/ECVET hija aċċettabbli sakemm jiġi vverifikat mill-MQRIC li l-ammont ta’ xogħol huwa komparabbli ma’ mill-inqas 60 krettu ECTS/ECVET.
JEW
iv. ikollhom degree ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Work and Human Resources Management jew Training and Development jew Public Administration jew Public Management jew Corporate Governance and Leadership jew Leadership and Organisational Behaviour jew Management and Leadership jew Strategy, Leadership and Change Management jew Industrial Relations and Workplace Learning jew Business Administration jew Evidence Based Management, jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment u tmien (8) snin esperjenza sodisfaċenti.
* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.
4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva |
Contact Persons : | Maureen Mahoney Direttur Ġenerali (People Management) |
Address : | Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 1171 |
Telephone : | +356 22992604 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.