Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    ICT and Business Analyst

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MHA-AA/10/2025


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 17/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 05/05/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva
    Dipartiment: Anzjanita` Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A - Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti (Anzjanita' Attiva), Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ ICT and Business Analyst fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva.


2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.

2.2 Is-salarju ta’ ICT and Business Analyst huwa ta’ Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2025 huwa ta’ €27,145.02 fis-sena, li jiżdied b’€447.33 fis-sena sa massimu ta’ €29,829.00.

2.3 Persuna fil-grad ta’ ICT and Business Analyst titla’ fi Skala 8 (€28,792.02 x €486.83 - €31,713.00) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċentiu suġġettt li jitlesta l-kors speċifiku ta' ICT Toolkit relatat mal-grad kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali.

2.4 Persuna fil-grad ta’ ICT and Business Analyst fi Skala ta' Salarju 8, tkun intitolata għall-Performance Bonus sa massimu ta' 10% tas-salarju bażiku fis-sena.  L-ammint pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-uffiċjal u fejn japplika kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-uffiċjal.  Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

Il-persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u suġġetta għall-kundizzjonijiet u l-obbligi li huma stipulati fil-Working Conditions for Officers within the information and Communications Technology (ICT) Class.

2.5 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 

Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ ICT and Business Analyst jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku.

(i) kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;

U

(ii) Fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 kretti ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fil-Kompjuter u/jew ICT, jew kwalifika professjonali komparabbli fil-Livell 5 tal-MQF, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT.

* Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti, hekk kif applikabbli hija aċċettata biss suġġett għad-dikjarazzjoni formali ta'rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi stottomessa mal-applikazzjoni;

JEW

(iii) Fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn 13, b'ħames (5) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur fl-ICT.

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le.. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati,  basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 
L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

Ministry / Department :

 Ministry for Health and Active Ageing

Contact Persons :

 Mr Michael Mizzi, Director Corporate Services

Address :

 Palazzo Spinola, 46, Triq San Kristofru, Valletta

Telephone :

 25903031

Email address :

 [email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.