Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Office Management Co-Ordinator

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 8/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita Raġuni Oġġettiva  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 08/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 22/01/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Annex A - Office Co-Ordinator 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall- Affarijiet Barranin u Ewropej jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Office Management Co-Ordinator fi ħdan ir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell fil-Ministeru għall- Affarijiet Barranin u Ewropej.

3.1  Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Office Management Co-Ordinator  huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 10 (ekwivalenti għal € 23,305.33 fl-2021), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, għat-tul ta' dan l-assignment, l-Office Management Co-Ordinator ser jirċievi l-benefiċċju u l-allowances pagabbli lill- Uffiċjali li jokkupaw l-iskala massima tal- Grad Diplomatiku ta' Second Secretary ( Salarju ta' Skala 10).

3.2 Għat-tul tal-ftehim, l- Office Management Co-Ordinator ikun marbut mal-" Conditions of Service for Officers Serving Overseas" (MFA 9/2015; CONDSER Ġunju 2015) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.

Dmirijiet

4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’  Office Management Co- Ordinator jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

  1.  (a) ikollhom kwalifika  Bachelors rikonoxxuta f' Livell 6  tal- MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 krettu ECTS /ECVET jew ekwivalenti)* fir- Riżorsi Umani jew Management jew Amministrazzjoni jew Psikoloġija ;
JEW

      (b) Uffuċjali Pubbliċi fi Skala ta' Salarju mhux inqas minn Skala 12, li l-ħatra tagħhom f'din l-iskala ġiet ikkonfermata, jew impjegati tas-Settur Pubbliku li bhalissa qed jaqdu dmirijiet  fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jew ħaddiema tal-RSSL, it-tnejn f'livell ta' responsabbilita' kumparabbli li l-ħatra tagħhom f'din l-iskala ġiet ikkonfermata, flimkien ma' tliet snin (3)  esperjenza ta' xoghol rilevanti.

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ ECVET kretti . Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.

       iii. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

5.2 Biex jiġi dditerminat u ikkumparat il-livell ta' resonsabbilita' tal- impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal- livell ta' responsabbilita' meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla  għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur / HR Manager responsabbli tal-entita' rispettiva tas-Settur Pubbliku. 

5.3 L- arranġament preżenti, fejn haddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqghu fuq il- kotba tal-entita' rispettiva, jibqa' japplika, bil-kunsens tal-entita', f'kas li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall- pożizzjoni. Ħaddiema tal-RSSL jibqgħu fuq il-kotba tal- kumpanija.

5.4 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'livell 7  ta' MQF,  jew ekwivalenti , għandha tinkludi minimu ta' 60 ECTS/ECVETS krediti jew ekwivalenti*

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja jew l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal- kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti. Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.


Barra minn hekk dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.    

5.5 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.7  L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Contact Persons :

 Marylene Borg

Address :

 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

 (+0356) 2204 2323

Email address :

marylene .borg@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.