Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Principal Social Worker

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFH/38/2022


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 23/09/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 07/10/2022 17:15
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument ANNEX A - DUTIES 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa jistieden applikazzjonijiet għall-kariga ta’ Prinċipal Social Worker biex jaqdi dmirijiet fis-Servizzi tas-Saħħa Mentali fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa. Ta’ min jinnota li pożizzjoni waħda hija miftuħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Principal Social Worker huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2022 huwa ta’ €29,962 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €33,806.

2.3. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.4 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.



Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Principal Social Worker jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u huma;

a) Senior Social Worker fi skala ta Salarju 6; jew 
b) Social Worker fi Skala ta’ Salarju 7 li għandhom kwalifika ta' MQF Livell 7 relatata ma' Social Work.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa

Contact Persons :

Maureen Mahoney 

Direttur Ġenerali (People Management) 

Address :

Diviżjoni tal-People Management, 

Ministeru għas-Saħħa, 15, 

Palazzo Castellania, 

Triq Merkanti, 

Valletta, VLT 1171

Telephone :

+356 22992604

Email address :

recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.