Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Ċirkulari UPM Nru 9/2024 |
Ara d-dokument | OPM Circular No 9/2024 |
Ara d-dokument | Appendix 'A' to OPM Circular No 9/2024 |
Required Documents
Certificates | |
---|---|
Ċertifikat tal-Kondotta/GP47 |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jixtieq jidentifika Uffiċjali Pubbliċi xierqa li jistgħu jiġu rakkomandati biex jimlew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv fi grad ogħla hekk imsejjaħ ‘Headship Positions1’ fi grad 3 (Skala ta’ Salarju 3) murija fil-lista mmarkata Appendiċi A mehmuża maċ-Ċirkulari. Il-ħatra għandha ssir abbażi ta’ ftehim għal perjodu ta’ erba’ snin u tkun suġġett għal perjodu ta’ prova ta’ sena.
1Headship Positions jinkludu Kapijiet ta’ Dipartimenti u Uffiċjali oħra b’ poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (CAP 595), kif ukoll pożizzjonijiet oħra ta’ Diretturi Ġeneral jew Diretturi li mhumiex imniżżlin.
Impjiegi Provduti
Pożizzjoni
Qasam
Skala
Executive Secretary
Public Service Commission
3
Salarju
Skala ta' salarju 3
Dmirijiet
Il-position description għal -pożizzjoniji maħruġa tista’ tkun aċċessata minn din il-<ħolqa>.
Eliġibbiltà
Eliġibbiltà
Appendiċi A - Kapijiet ta’ Dipartiment imniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika
Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a) Uffiċjali pubbliċi/ Uffiċjali tas-Settur Pubbliku anzjani li għandhom grad sostantiv fi skala 7 jew ogħla jew servew fis-Servizz Pubbliku f’pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla għal sitt snin konsekuttivi; u
(b) Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.
Uffiċjali Pubbliċi anzjani li qed japplikaw għal dawn il-pożizzjonijiet f’Headship Positions għandhom ikunu konfermati fil- grad sostantiv.
Uffiċjali li preżentament jokkupaw kariga ta’ Kap u li servew mill-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni msemmija f’dan l-avviż, kemm-il darba jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà pertinenti. Il-kriterju li wieħed irid ikun għamel minn tal-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali ma japplikax għal min ikun ser japplika f’pożizzjoni ogħla.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministeru/Dipartiment: | Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni |
Persuna lil min tikkuntattja: | Sa Paula Zahra |
Indirizz: | Management Support Directorate Ufiċċju tal-Prim Ministru Il-Berġa ta' Kastilja Il-Belt Valletta - VLT 1061 |
Numru tat-telefon: | 2200 1510 |
Imejl: | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.