Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Job Description |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Konsulent Psikjatrija b'interess speċjali fil-Psikjatrija tal-Adulti, fid-Dipartiment tal-Psikjatrija, fl-Isptar Monte Karmeli, fil-Ministeru għas-Saħħa.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sena (1).
2.2 Is-salarju ta’ Konsultent huwa ta’ Skala ta' Salarju 4, li fis-sena 2021 huwa €36,794 fis-sena.
2.3 Persuna fil-ħatra ta’ Konsulent tirrapporta direttament liċ-Chairperson Kliniku tad-Dipartiment tal-Psikjatrija.
2.4 Persuna li tiġi maħtura tkun tista tagħżel li taħdem fuq bażi ta’ Kuntratt A jew Kuntratt B.
2.5 Persuna maħtura tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra, u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.
2.6 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal- applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.
2.7 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Konsulent Psikjatrija b'interess speċjali fil-Psikjatrija tal-Adulti, jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Aktar dettalji dwar id-dmirijiet jistgħu jinkisbu mid-Diviżjoni tal-People Management, Ministeru għas-Saħħa, 15, Palazzo Castellania, Triq Merkanti, Valletta, VLT 1171, li tista’ tiġi kkuntattjata wkoll bl-ijmejl fuq recruitment.health@gov.mt.
3.2 Persuna appuntata tista’ tkun rikjesta twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa f’Malta u fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar ‘Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)’, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika’.
- ċittadini ta’ Malta; jew
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- profiċjenti fil-lingwa Maltija u l-lingwa Ingliża;
4.2 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandu wkoll:
- ikollhom isimihom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Psikjatrija miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta: jew
- ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Psikjatrija miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
- ikollhom Certificate of Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Taħriġ Speċjaliżżat (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li juri li l-applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat li jista’ jintalab għall-Psikjatrija ; jew
- ikollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCST fil-Psikjatrija, li tkun maħruġa mill-Awtorità kompetenti ta’ stat membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif indikat f’parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa ta’ Malta; jew
- ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li ma’ din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala Speċjalist fil-Psikjatrija.
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.3 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandu aktar minn hekk ikollhom sentejn (2) esperjenza full-time bħala Speċjalist fil-Psikjatrija. Qed ikun hawnhekk ikkjarifikat li l-esperjenza bħala Speċjalist titqies li ma tibdiex qabel id-data tar-Reġistrazzjoni fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta, jew reġistrazzjoni ekwivalenti maħruġa mill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea. Qed ikun ikkjarifikat ukoll li l-esperjenza mwettqa fuq bażi part-time jew fi kwalunkwe każ fuq bażi ta’ inqas minn erbgħin (40) siegħa fil-gimgħa, tkun rikonoxxuta fuq bażi prorata.
4.4 Persuna magħżula li tkun eliġibbli taħt paragrafu 4.2 (iii) (b) u paragrafu 4.2 (iii) (c) hawn fuq trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bis-sħiħ mal-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.
4.5 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii) (b) jew paragrafu 4.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta’ rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta li tikkonferma li l-kwalifiki tagħhom jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija ta’ Taħriġ Speċjaliżżat maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta. F’każ ta’ diffikultà għandu jintalab il-parir tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta.
Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, is-sit elettroniku tal-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalisti ta’ Malta jista’ jiġi kkonsultat minn (https://deputyprimeminister.gov.mt/en/sph/Pages/Specialist-Accreditation-Committee.aspx).
4.6 Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 4.2 (iii) (b) jew paragrafu 4.2 (iii) (c), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta’ Speċjalist kif mitlub fil-paragrafu 4.5 għandhom jinkludu kopja ta’ din id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati li mhumiex fil-pussess ta’ din id-dikjarazzjoni xorta jistgħu japplikaw, basta jissottomettu kopja ta’ din id-dikjarazzjoni hekk kif tkun għad-dispożizzjoni tagħhom u fi kwalunkwe ċirkustanza mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li ma jippreżentawx id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu estenjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjonijiet lil hinn minn dan il-perjodu għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
4.7 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta daħlet fis-seħħ il-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.8 Kwalifiki formali, ħiliet u esperjenza speċjalizzata fil-Psikjatrija tal-Adulti jiġu evalwati abbażi tal-portfolio tal-esperjenza tax-xogħol tal-applikant. Evidenza formali ta’ taħriġ u kwalifiki elenkati fil-portfolio jridu jiġu ppreżentati mal-applikazzjoni.
4.9 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
4.9 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.9 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : |
|
Contact Persons : |
|
Address : |
|
Telephone : |
|
Email address : |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.