Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Uffiċjal Edukattiv

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 15/01/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali Tagħlim u Edukazzjoni
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 01/02/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A  
Ara d-dokument Job Description  
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma ta’ abbuż fuq it-tfal m’huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MFED jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta’ Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).




1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED), jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Uffiċjal Edukattiv fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni:

(i) Uffiċjal Edukattiv (Service Provision) (EO – SP) fis-suggett/qasam kurrikulari li ġej:

• Digital Literacy


2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xhar.

2.2. Is-salarju ta’ Uffiċjal Edukattiv huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fl-2021 huwa, €29,134.00 fis-sena, li jiżdied b’€640.67 fis-sena sa massimu ta’ €32,978.00.

2.3. Uffiċjal Edukattiv għandu jibbenefika minn educator’s class allowance, li fl-2021 hija ta’ €5,750 u minn Work Resources Fund, li f’2021 hija ta’ €750. Dawn l-allowances huma suġġetti għal żidiet fis-sena skont il-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Għaqda tal-Għalliema (MUT) fil-21 ta’ Diċembru 2017.

2.4. Il-grad ta’ Uffiċjal Edukattiv huwa grad maniġerjali b’siegħat ta’ servizz ġenerali. 

2.5. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

2.6. L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Uffiċjal Edukattiv jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.


ii. profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; u
iii. fil-pussess ta’ Warrant Permanenti ta’ Għalliem; u
iv. għandhom mhux anqas minn għaxar (10) snin skolastiċi esperjenza ta’ tagħlim flimkien ma’ erba’ (4) snin skolastiċi servizz fil-grad ta’ Assistent Kap ta’ Skola, Kap ta’ Dipartiment, INCO (grad qed jiġi assimilat fil-grad ta’ Kap ta’ Dipartiment) jew School Counsellor ġo skola liċenzjata; u
​ 
v. għandhom mhux anqas minn erba’ (4) snin skolastiċi esperjenza fit-tagħlim fis-suġġett/grupp ta’ suġetti jew qasam li għalih/għalihom applikaw; u
vi. fil-pussess ta’ mhux anqas minn kwalifika sħiħa f’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fis-suġġett/grupp ta’ suġetti jew qasam partikolari li għalih/għalihom applikaw jew kwalifika professjonali kumparabbli; u
vii. jkunu qed iservu jew jkunu servew fl-aħħar tliet (3) snin fi skejjel liċenzjati / istituzzjonijiet edukattivi reġistrati u/jew awtoritajiet edukattivi nominati kif provdut mil-leġiżlazzjoni Maltija fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

viii. F’każijiet fejn vakanza għal Uffiċjal Edukattiv hija għal suġġett jew qasam fi żmien ħames (5) snin mill-introduzzjoni tiegħu fil-kurrikulu approvat, jew l-ebda kandidat ma jintgħażel wara żewġ (2) sejħiet konsekuttivi, l-eliġibilità tiġi miftuħa għal kandidati li jissodisfaw il-kriterji l-oħra kollha f'4.1 (i), (ii), (iii), (vi) u (vii) iżda jistgħu ma jissodisfawx is-snin ta' esperjenza stabbiliti f'4.1 (iv) u (v) hawn fuq, tadotta din il-kriterja bħala valutazzjoni minflok il-kriterja ta’ l-eliġibilità.

Kif tipprovdi l-klawsola 34(2) tal-Ftehim Settorjali bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teachers iffirmat fit-23 ta’ Awissu 2010, Instructors li kisbu l-grad ta’ Għalliem (Personal Basis) u li jissodissfaw il-kriterji ta’ eliġibilita’ imsemmijja f’paragrafu 4.1 (i), (ii), (iii), (iv), (v), (vi), (vii) u (viii) hawn fuq, jitqiesu eliġibbli ukoll. Qed ikun iċċarat li s-snin ta’ esperjenza fit-tagħlim fil-grad ta’ Instructor jitqiesu bħala snin ta’esperjenza fit-tagħlim għal fini ta’ paragrafu 4.1 (iv), (v), (vii) u (viii) hawn fuq.

Din is-sena skolastika (2020-2021) għandha titqies bħala parti mis-snin ta’ esperjenza rikjesti tal-applikant. Il-persuna magħżula li qed taqdi dmirijietha fil-klassi tista’ ma tkunx rilaxxata qabel il-bidu tas-sena skolastika, li tibda fl-1 ta’ Settembru 2021 skont l-esiġenżi tal-MFED.  

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 180 ECTS/ECVET kretti.  Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 


ix. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.


4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta’ Masters f’livell 7 ta’ MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta’ 60 ECTS/ECVET kretti, jew ekwivalenti *. 

* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 60 ECTS/ECVET kretti.  Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

4.3. Barra min hekk, skont il-ftehim settorjali tal-edukazzjoni ffirmat mill-Gvern u mill-Għaqda tal-Għalliema ta’ Malta (MUT) fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-kriteriji tal-eliġibbilità msemmijia fil-partagrafi 4.1 (i) sa (viii) hawn fuq, jieħdu f’kunsiderazzjoni, is-snin kollha preċedenti ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad relevanti u l-kwalifiki akkumulati mill-applikanti. B’hekk, servizz f’rwoli ogħla jew ekwivalenti sal-ħin u d-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li jista’ jinkludi rwoli mhux regolati minn dan l-istess ftehim, ma jeskludix kandidati potenzjali milli japplikaw u jiksbu l-eliġibbilità għal gradi ekwivalenti u/jew gradi anqas.


4.4. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.5. L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

4.6. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministry for Education

Contact Persons :

Edu Servizz.gov

Address :

Great Siege Road, Floriana, VLT2000

Telephone :

153

Email address :

info.education@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.