Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    POST TA’ SENIOR MANAGER (RIŻORSI UMANI) FIL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITA' ATTIVA

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFAA/016/2022


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 23/09/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 07/10/2022 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Duties 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Anzjanita' Attiva, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Manager (Riżorsi Umani) fil-Ministeru għall-Anzjanita' Attiva.


2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12) -il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Senior Manager (Riżorsi Umani)  huwa ta’ Skala ta' Salarju 5, li fis-sena 2022 huwa ta’ €29,962 fis-sena, li jiżdied b’€640,67 fis-sena sa massimu ta’ €33,806.

2.4 Il-persuni maħtura jkunu wkoll intitolati għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 15% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.

2.5  L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

2.6 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. Il-persuni maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u jekk maħtura għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.
2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tar-Riżorsi Umani, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.8 Ir-riżultat jibqa’ validu għall-perjodu ta’ sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.


Dmirijiet

L-oġġettivi tal-post huma li jappoġjaw il-funzjonijiet kollha tal-immaniġġjar tar-riżorsi umani inkluż l-ippjanar tar-Riżorsi Umani, konformita' tal-proċessi delegati u mmaniġġjar ta' ġestjoni tar-rekords/data/statistika aġġornati tal-impjegati li fuqhom jittieħdu d-deċiżjonijiet Strateġiċi tar-Riżorsi Umani.  Dan ir-rwol huwa kumplimentari għal dak ta' People Management.

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Manager (Riżorsi Umani) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu: 

Uffiċjali Pubbliċi jew Ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, jew Ħaddiema tal-RSSL, li huma kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom. Uffiċjali Pubbliċi li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku jistgħu japplikaw;

U
  1. ikollhom degree ta’ Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 90 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil-Work and Human Resources Management jew Training and Development jew Public Administration jew Public Management jew Corporate Governance and Leadership jew Leadership and Organisational Behaviour jew Management and Leadership jew Strategy, Leadership and Change Management jew Industrial Relations and Workplace Learning jew Business Administration jew Evidence Based Management.

*Kwalifiki ta' Masters rikonuxxuta b'minimu ta' 60 ECTS/ECVET kretti hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent ta' Masters mill-MFHEA li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 

U
  1. B’ħames (5) snin esperjenza maniġerjali fi Skala ta' Salarju 7 jew kwalunke  esperjenza oħra maniġerjali li tista’ tiġi kkunisidrata mill-Amministrazzjoni, liema esperjenza għandha tkun sostnuta kif xieraq b’evidenza relevanti.  
JEW
  1. Il-persuna li preċedentament kienet tagħmel dawn id-dmirijiet ta’ dan ir-rwol speċifiku f’dan il-qasam fil-kapaċità ta’ Assistent Direttur, f’terminu li għadu kif spiċċa immedjatament qabel jew li l-pożizzjoni ġiet mibdula minn dik ta’ Assistent Direttur. 

4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.


(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 (a) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Mejju, 2023.  Jekk jintgħażlu, dawn il-kandidati għandhom jipproduċu l-kwalifika indikata qabel il-ħatra.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (a) jew 4.2.

4.4 Biex jiġi ddeterminat u kkumparat il-livell ta’ responsabbiltà tal-impjegati tas-Settur Pubbliku li bħalissa qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku u tal-ħaddiema tal-RSSL mal-livell ta’ responsabbiltà meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entità rispettiva tas-Settur Pubbliku.

L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entità rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entità, f’każ li ħaddiema tas-Settur Pubbliku jintgħażlu għall-pożizzjoni. Ħaddiema li jiġu magħżula għal din il-pożizzjoni jkollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ’l isfel).

Ministry / Department :

Active Ageing and Community Care, within the Ministry for Active Ageing

Contact Persons :

Hilda Micallef

Address :

FXB Building, Mdina Road, Qormi  QRM 9014

Telephone :

22788 900

Email address :

hrelderly.aacc@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.