Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annes A/ Annex A Duties |
Ara d-dokument | Trainee Junior Vet Officer/Vet Officer - VRD - MAFA - Mlt |
Ara d-dokument | Trainee Junior Vet Officer/Vet Officer - VRD - MAFA - Eng |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Trainee Junior Veterinary Officer/Veterinary Officer fid-Dipartiment għar-Regolazzjoni Veterinarja fil-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar.
2.2 Is-salarju ta’ Trainee Junior Veterinary Officer huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fis-sena 2021 huwa ta’ €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713 .
2.3 Is-salarju ta' Junior Veterinary Officer huwa ta' Skala ta' Salarju 9, li fis-sena 2021, huwa ta' €22,633 fis-sena, li jiżdied b'€447.63 fis-sena sa massimu ta' €25,317.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Junior Veterinary Officer tiġi promossa għall-grad ta’ Veterinary Officer fi Skala 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021) wara sentejn (2) servizz fil-grad ta’ Junior Veterinary Officer dejjem jekk ikollha l-Warrant biex tipprattika bħala Veterinary Surgeon u tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna magħżula li jkollha il-Warrant biex tipprattika bħala Veterinary Surgeon u li għandha mhux inqas minn sentejn (2) prattika professjonali wara il-kisba tal-Warrant, tinħatar Veterinary Officer fi skala 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021).
2.5 Persuna magħżula li jkollha il-Warrant biex tipprattika bħala Veterinary Surgeon u li għandha mhux inqas minn sentejn (2) prattika professjonali wara il-kisba tal-Warrant, tinħatar Veterinary Officer fi skala 8 (€24,091 x €486.83 - €27,012 fis-sena 2021).
2.6 Persuna fil-grad ta' Veterinary Officer (Skala 8) titla' fi Skala 7 ( €25,656 x €531.17 - €28,843 fis-sena 2021) wara sitt (6) snin prattika professjonali wara il-kisba tal-Warrant, jekk tkun qdiet dmirha b'mod sodisfaċenti, filwaqt li iż-żmien kwalifikanti ta' sitt (6) snin jitnaqqas għal erba' (4) snin fil-każ ta' Veterinary Officers li jkollhom kwalifika post-graduate fl-Livell 7 tal-MQF approvata u rikonoxxuta.
2.7 Il-persuna nominata fil-grad ta' Junior Veterinary Officer jew Veterinary Officer tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu imniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti skont il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti. Persuna fil-grad ta' Trainee Junior Officer, maħtura skont paragrafu 4.3, ma tkunx intitolata għall-kundizzjonijiet u benefiċċji li joħorġu mill-Ftehim dwar il-Klassi Veterinarja sakemm jinkiseb il-Warrant indikat f'4.1 (iii) u l-uffiċjal jinħatar Junior Veterinary Officer. F'każ li ma jinkisibx il-Warrant sat-30 ta' Ġunju 2022, il-kariga tintemm b'mod awtomatiku.
2.5 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
2.7 Dan il-post ġie identifikat għall-finijiet ta’ subartikolu 5 tal-artikolu 4 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika, kif ukoll għall-finijiet ta’ Direttiva 14, għax jinvolvi funzjonijiet ta’ spettorat. Il-kundizzjonijiet relevanti elenkati fl-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u f’Direttiva 14 japplikaw.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Trainee Junior Veterinary Officer/ Veterinary Officer jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
- kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża. Dawk il-kandidati li m'għandhomx MQF ta' Livell 1 fil-lingwa Maltija, jridu jattendu u jgħaddu b'suċċess fl-assessjar mil-kors 'Maltese Language 1' offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi. L-attendenza għal dan il-kors, flimkien mil-kisba tal-MQF tal-Livell 1 għandhom jitlestew qabel il-konferma tal-ħatra, jiġifieri fi żmien tnax-il (12) xahar mill-ingaġġ;
Jekk persuna tonqos milli tippreżenta evidenza li għaddiet il-kors b'suċċess u attendiet sal-aħħar tal-perjodu ta' prova (jigifieri tnax-il xahar mill-ingaġġ), awtomatikament tintilef il-kariga imsemmija hawn fuq. - persuni gradwati li għandhom il-Warrant fil-mediċina veterinarja,
Il-Warrant rikjest hawn fuq huwa skont kif definit fl-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap 437).
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.
Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti*, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.
4.3 L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu wkoll minn persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti indikati f'4.1(i) u 4.1 (ii) u li kisbu formalment, jew ġew approvati għal-għoti ta' kwalifiki fil-mediċina veterinarja u l-kirurġija, kif rikonoxxuta mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji skont l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap.437), iżda li għad iridu jiksbu l-Warrant biex jipprattikaw bħala Kirurgu Veterinarju. Jekk jintagħażlu dawn il-kanditati jinħatru Junior Veterinary Officer, sakemm jiksbu l-imsemmi Warrant. Malli jinkiseb il-Warrant, persuna fil-grad ta' Trainee Junior Veterinary Officer, tinħata Junior Veterinary Officer. In-nuqqas li jinkiseb il-Warrant sabiex pesuna tiprattika ta' Kirurgu Veterinarju sat-30 ta' Ġunju, 2022 iwassal għal tmiem tal-ħatra ta' traineeship.
4.3 L-Applikazzjonijiet jintlaqgħu wkoll minn persuni li jissodisfaw ir-rekwiżiti indikati f'4.1(i) u 4.1 (ii) u li kisbu formalment, jew ġew approvati għal-għoti ta' kwalifiki fil-mediċina veterinarja u l-kirurġija, kif rikonoxxuta mill-Kunsill tal-Kirurgi Veterinarji skont l-Att dwar is-Servizzi Veterinarji (Kap.437), iżda li għad iridu jiksbu l-Warrant biex jipprattikaw bħala Kirurgu Veterinarju. Jekk jintagħażlu dawn il-kanditati jinħatru Junior Veterinary Officer, sakemm jiksbu l-imsemmi Warrant. Malli jinkiseb il-Warrant, persuna fil-grad ta' Trainee Junior Veterinary Officer, tinħata Junior Veterinary Officer. In-nuqqas li jinkiseb il-Warrant sabiex pesuna tiprattika ta' Kirurgu Veterinarju sat-30 ta' Ġunju, 2022 iwassal għal tmiem tal-ħatra ta' traineeship.
4.4. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-post li l-persuna qed tapplika ghaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).
4.6. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.7. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u Drittijiet tal-Annimali |
Contact Persons : | Michelle Tabone |
Address : | Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, ir-Razzett tal-Gvern, Triq l-Ingiered, Għammieri, Marsa MRS 3303 |
Telephone : | 2292 4512 |
Email address : | humanresources.mafa@gov.mt |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.