Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Operative (Construction) Group III

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MTIP 6/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-Direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastuttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Operative (Construction) Group III fil- Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2. Is-salarju ta’ Operative (Construction) Group III huwa ta’ Skala ta' Salarju 18, li fis-sena 2020 huwa ta’ €12,066 fis-sena, li jiżdied b’€222 fis-sena sa massimu ta’ €13,398.

2.3. Persuna fil-grad ta’ Operative (Construction) Group III titla’ fi Skala 17 (€12,972 x €244 - €14,436) wara ħames (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4. Il-persuna nnominata tkun intitolata għall-benefiċċji oħra u soġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi li jkunu mniżżlin fi kwalukwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unions kompetenti.

2.5. Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad/pożizzjoni li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal- applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatat bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa. 

Dmirijiet

3. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-post ta' Operative (Construction) Group III fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkulari.

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku li japplikaw għandom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti u li għandhom grad sustantiv fi Gruppi I, II jew III tal-Gradi Industrijali fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

Ministry / Department :
Ministry for Transport, Infrastructure and Capital Projects
Contact Person :
Customer Care Unit
Address :
Block A, Francesco Buonamici Street, Floriana FRN1700
Telephone :
22927864
Email address :
recruitment.mtip@gov.mt ​​

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.