Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Pożizzjonijiet Vakanti ta' Headship

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari UPM Nru 10/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Definita  

    Pożizzjonijiet ta' Kapijiet
    Data ppubblikata: 15/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Il-Ministeri Kollha

Konnessjoni
Ara d-dokument Ċirkulari UPM Nru 10/2020 
Ara d-dokument OPM Circular No 10/2020 
Ara d-dokument Appendiċi A u B ma' Ċirkulari UPM Nru 10/2020 
Ara d-dokument Appendices A and B to OPM Circular No 10/2020 

Required Documents

Certificates
Dikjarazzjoni Motivazzjonali   Four Year Plan  Ċertifikat tal-Kondotta/GP47  
Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jixtieq jidentifika Uffiċjali Pubbliċi xierqa li jistgħu jiġu rakkomandati biex jimlew pożizzjonijiet fis-Servizz Eżekuttiv fi grad ogħla hekk imsejjaħ ‘Headship Position1’ fi grad 3 (Skala ta’ Salarju 3) jew fi grad 4 (Skala ta’ Salarju 4), murija fil-listi mmarkati Appendiċi A u Appendiċi B mehmużin maċ-Ċirkulari. Il-ħatriet għandhom isiru abbażi ta’ ftehim għal perjodu ta’erba’ snin u jkunu suġġetti għal perjodu ta’ prova ta’ sena.

Pożizzjoni
Qasam
Skala
Accountant General
MFIN
3
Director General
(Rural Affairs), Rural Affairs Department, MAFA
3
Director
(EU Funds Audits), Internal Audit & Investigations Department, OPM*
4
Director
(Inspections Coordination), Policy Implementation, OPM
4
Director
(Governance Action), Implementation Division, OPM
4
Director
(Legal Services), MFH
4
Director General
(Operations), MFIN
3
Director
(Technical - Income Tax), Legal & International Division, CfR, MFIN
4
Director
(Finance & Administration), Customs Department, MFIN
4
Director
(Taxation & Benefits Policy Analysis), Economic Policy Department, MFIN*
4
Director
Accounting Standard Setting & Financial Reporting), Treasury Department, MFIN
4
Head
(Logistics & Transport), MEDE
4
Head
(Education Resources), MEDE
4
Director
(Learning & Assessment Programmes), MEDE
4
Head
(College Network), MEDE
4
Director
(Human Rights), MJEG
4
Chief Notary to Government
MJEG
4
Director General
(Public Abattoir), MAFA
3
Director
(Veterinary Regulations), Animal Health & Welfare Department, MAFA
4
Director
(Plant Protection), Rural Affairs Department, MAFA
4
Director
(Corporate Services), MGOZ
4
Director
(Operations), Civil Protection Department, MHSE
4
Skali ta' Salarju 3 u 4.

Dmirijiet

Il-position descriptions għal kull waħda mill-pożizzjonijiet maħruġa jistgħu jkunu aċċessati minn din il-<ħolqa>.
Tista’ wkoll tintalab kopja billi tintbagħat ittra elettronika lil managementsupport.opm@gov.mt

Eliġibbiltà

Eliġibbiltà

Appendiċi A - Kapijiet ta’ Dipartiment imniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika
Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

(a)      Uffiċjali pubbliċi anzjani li għandhom grad sostantiv fi skala 7 jew ogħla jew servew fis-Servizz Pubbliku f’pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla għal sitt snin konsekuttivi; u
(b)      Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.
 1 Headship Positions jinkludu Kapijiet ta’ Dipartimenti u Uffiċjali oħra b’ poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (CAP 595), kif ukoll pożizzjonijiet oħra ta’ Diretturi Ġeneral jew Diretturi li mhumiex imniżżlin.

Appendiċi B - Uffiċjali oħra b’poteri statutorji li huma mniżżlin fit-tieni taqsima tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika u pożizzjonijiet oħra ta’ Direttur Ġenerali jew Direttur li mhumiex imniżżlin

Biex ikunu eliġibbli għal dawn il-pożizzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a)       Uffiċjali Pubbliċi anzjani li huma msemmija hawn fuq jew Uffiċjali Pubbliċi oħra li għandhom grad sostantiv fi skala 7 jew ogħla jew servew fis-Servizz Pubbliku f’pożizzjonijiet klassifikati fi skala 7 jew ogħla ghal erba’ snin konsekuttivi;

(b)      Profiċjenti u kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv kemm verbalment kif ukoll bil-kitba kemm bil-lingwa Maltija kif ukoll bil-lingwa Ingliża.

Uffiċjali li preżentament jokkupaw kariga ta’ Kap u li servew mill-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali jistgħu japplikaw għall-pożizzjoni msemmija f’dan l-avviż, kemm-il darba jkunu ssodisfaw il-ħtiġiet ta’ eliġibbiltà pertinenti. Il-kriterju li wieħed irid ikun għamel minn tal-inqas sena mit-terminu tal-Performance Agreement attwali ma japplikax għal min ikun ser japplika f’pożizzjoni ogħla.

Il-kandidati jistgħu japplikaw għal massimu ta’ erba’ pożizzjonijiet skont il-preferenza tagħhom. Il-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) jidentifika liema minn dawk il-kandidati eliġibbli huma kompetenti biex jimlew dik il-pożizzjoni vakanti. Għalkemm il-kandidati prospettivi jistgħu jindikaw sa massimu ta’ erba’ pożizzjonijiet tal-għażla tagħhom, huwa l-Kumitat Konsultattiv għal Ħatriet Anzjani (SAAC) li jinnomina lill-kandidat għal kwalunkwe pożizzjoni vakanti.

Ministeru/ Dipartiment :

People & Standards Division

Persuna lil min Tikkuntattja :

Ms Paula Zahra

Indirizz :

3, Pjazza Kastilja

Il-Belt Valletta - VLT 1062

Telefon :

2200 1510

Imejl :

paula.a.zahra@gov.mt



  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.