Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess - Market Compliance Officer

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru HR/MEIB 01/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Espressjoni ta' Interess  

    Oħrajn
    Data ppubblikata: 15/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 29/05/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall- Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
    Dipartiment: Dipartiment tal-Kummerċ

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A  
Nomenklaturi li jindikaw il-maskil jinkludu ukoll il-femminil

1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, is-Segretarju Permanenti  fi ħdan il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjali Pubbliċi xierqa fil-klassi tal-Gradi tas-Servizzi Ġenerali (sa Skala 14) kif wkoll ufficjali Pubblici li għandhom status indefinit (sa Skala 14) biex iwettqu dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ tliet (3) snin, bil-possibilita ta' tiġdid għal aktar perjodi. 

Ufficjali  ssekondati/ mislufin/ detailed/deployed mal-Organizzazjonijiet  tas-Settur Pubbliku fi skali analogi li jissodisfaw ir-rekwiziti tal-eligibilita meħtiega jistgħu wkoll japplikaw.    

2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-Kap tad-Dipartiment fejn jiġu assenjati. 

2.1 Market Compliance Officers huma meħtieġa li jattendu kors ta' taħriġ f'servizzi fil-customer care mmexxi mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi u kif wkoll taħriġ specifiku relatat mad-deskrizzjoni tax-xogħol li ser ikunu qed jiġu assenjati.

3. Il-perjodu tal-kuntratt għandu jitqies bħala “servizz fil-grad” għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tas-servizz, anzjanità, salarju, progressjoni u, fejn applikabbli, għall-finijiet ta’ pensjoni tat-teżor. Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

4. Il-kandidati magħżula li għandhom salarju  sostantiv fi skala ta' salarju 14 iżda mhux fuq il-massimu tal-imsemmija skala jew fuq skala taħt skala 14, jibbenefikaw minn allowance mhux pensjonabbli ekwivalenti għad-differenza bejn is-salarju sostantiv tagħhom u increment inqas mill-massimu ta' skala ta' salarju 14 u li jilħaq il-massimu tal-iskala tas-Salarju 14 malli jtemm il-perjodu ta' prova ta' 6 xhur.

Matul dan iż-żmien li l-persuna tkun assenjata d-dmirijiet bħala Market Compliance Officer u wara li tlesti il-kors ta' taħriġ kif indikat fil-paragrafu 2.1, l-uffiċjal jirċievi wkoll allowance mhux pensjonabbli ta’ €2,000 fis-sena fuq bażi personali, lil hinn mis-salarju sostantiv tiegħu għal matul il-kuntratt tiegħu.  Il-Market Compliance Officer ikompli bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tiegħu, ladarba ma jibqax jaqdu d-dmirijiet marbuta ma’ dan ix-xogħol, u l-allowances kollha li jitgawdew minn din il-pożizzjoni ma jkunux trasferibbli.

Dmirijiet

5. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ mid-denominazzjonI imsemmija hawn fuq. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness A. L-uffiċjali ssekondati/mislufin/detailed/deployed/on attachment ma’ Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà meħtieġa, jistgħu ukoll japplikaw.

Eliġibbiltà

6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku.
6.1  L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu fil-pussess ta' waħda mill-liċenzji tas-sewqan li gejjin: A1 jew A2 jew A jew B. 

7. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

7.1 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu għandhom jiġu ppreżentati waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

8. Bl-eċċezzjoni ta’ dawk il-kwalifiki msemmija fil-paragrafi 8.1 u 8.2 hawn taħt, l-applikanti huma meħtieġa li jipproduċu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent miċ-Ċentru ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki ta’ Malta (MQRIC) fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE), li għandha tinkiseb billi tiġi ppreżentata “Applikazzjoni għar-Rikonoxximent tal-Kwalifiki” online fuq (https://services.ncfhe.gov.mt/CertificationApplication.aspx). Din id-dikjarazzjoni għandha tkun mehmuża mal-espressjoni ta’ interess u l-oriġinali ppreżentata fl-intervista.

8.1 Qabel ma jitolbu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent skont il-paragrafu 8 ta’ hawn fuq fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom, il-kandidati għandhom l-ewwel jikkonsultaw il-“Lista ta’ Korsijiet akkreditati Offruti mill-Istituzzjonijiet Liċenzjati” tal-NCFHE li tista’ tiġi aċċessata minn (http://ncfhe.gov.mt/en/register/Pages/register.aspx). L-applikanti huma eżentati milli jippreżentaw dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif imsemmi fil-paragrafu 8 jekk jippreżentaw kwalifiki elenkati f’din il-lista. Kopja ta’ din il-lista, inkluża l-kwalifika, għandha tiġi ppreżentata mill-applikant.

8.2 Mhi meħtieġa l-ebda dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-MQRIC fir-rigward ta’ kwalifiki maħruġa minn istituzzjonijiet ta’ akkreditazzjoni ta’ Malta, li huma l-Università ta’ Malta, l-MCAST u l-ITS; jew kwalunkwe kwalifika Maltija li tkun ġiet akkreditata mill-NCFHE, li fuq iċ-ċertifikat tiddikjara: “Il-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla tqis dan iċ-ċertifikat bħala MQF ___”.

8.3 Fil-każ ta’ kwalifiki mhux koperti minn 8.1 u 8.2, l-applikanti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent kif deskritt fil-paragrafu 8. L-applikanti li ma jkollhomx tali dikjarazzjoni xorta jistgħu jissottomettu espressjoni ta’ interess, sakemm jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni lid-dipartiment/direttorat riċeventi hekk kif tkun disponibbli, u, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard minn erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti jistgħu jiġu vvalutati b’mod proviżorju filwaqt li jkunu għadhom qed jistennew l-ekwivalenza tal-MQRIC tal-kwalifika/i tagħhom. Jekk ir-rapport tal-ekwivalenza jkun fin-negattiv jew ma jiġix ippreżentat fi żmien erba’ (4) xhur mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet, tali applikanti jiġu skwalifikati mill-proċess tal-għażla. Barra minn hekk, soġġett għad-disponibbiltà tal-postijiet battala, l-inkarigu tal-assenjament ma jistax jiġi ffirmat qabel ma jiġi sottomess ir-rapport pożittiv tal-ekwivalenza mingħand l-MQRIC. 

9.   Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mid-Direttur għas-Servizzi Korporattivi  u jkun esibit fuq in-noticeboard tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, Millennia Buildings, l-ewwel sular, Triq Aldo Moro, Marsa .

9.1 Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand is-Segretarju Permanenti  fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.
Ministry / Department :

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar
Contact Person :
Josephine Montebello
Address :
Millennia Buildings L-ewwel Sular, Triq Aldo Moro, Marsa
Telephone :
22209826
Email address :
recruitment.meib@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.