Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Promozzjoni ta' General Practitioner għal Senior General Practitioner

     Nru. ta' Referenza HR/MFH Ċirkulari Nru 01/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 27/03/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 26/06/2020 12:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument Invitation to apply EN 
Ara d-dokument Invitation to apply MT 
Skont il-Ftehim Settorali ffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) fil-25 ta’ Mejju 2017, il-Ministeru għas-Saħħa jistieden lill-Uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ General Practitioner biex jesprimu l-interess tagħhom biex jersqu għal intervista bi skop li jiġu promossi għall-grad ta’ Senior General Practitioner.

Qed jiġi ċċarat li l-onus li wieħed jinforma lid-Direttorat bil-kisba tar-rekwiżit kif indikat f’Paragrafu 2 hawn taħt, jaqa’ taħt il-General Practitioner individwali.

Is-salarju provdut huwa dak marbut mal-grad ta' Senior General Practitioner

Dmirijiet

Id-dmirijiet huma dawk marbutin mal-grad ta' Senior General Practitioner

Eliġibbiltà

Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jeħtieġu li jkunu akkumulaw total ta’ tlett (3) snin ta’ servizz sodisfaċenti mal-Gvern wara r-reġistrazzjoni bħala speċjalist fir-Reġistru ta’ Speċjalist għall-Mediċina tal-Familja.
Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.