Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    PROMOZZJONI TA’ HIGHER SPECIALIST TRAINEE GĦAL RESIDENT SPECIALIST FIL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITA’ ATTIVA

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFAA/12/2023


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 09/02/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 30/06/2023 12:00
    Ministeru: Ministeru għall-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Resident Specialist 
Ara d-dokument Resident Specialis 
1. Prejambolu

Avviż lil dawk it-tobba li:

(i) huma fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Taħriġ ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta; jew
(ii) se jkunu fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Taħriġ ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta fi żmien sitt (6) xhur mid-data tal-ħruġ ta’ din iċ-ċirkulari u minn meta nħareġ iċ-Ċertifikat ta’ Speċjalist Mediku mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta;

b’hekk jiġu eliġibbli għal reġistrazzjoni bħala speċjalist mal-Kunsill Mediku ta’ Malta, Higher Specialist Trainee li wettaq u lesta taħriġ ta’ speċjalist f’Malta, se jkun eliġibbli li jersaq għal intervista mingħajr ilħtieġa li joħroġ sejħa għal applikazzjoni skont klawżola 8.2 tal-Ftehim Settorali. Jekk jgħaddi, il-Higher Specialist Trainee jipprogressa għall-grad ta’ Resident Specialist b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

2. Rekwiżiti ta’ Eliġibbilta`

2.1. Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jeħtieġu li:

(i) jkunu mniżżla fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew (ii) jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Registru tal-iSpeċjalisti tal-ispeċjalita` rilevanti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew (iii) (a) jkollhom Ċertifikat ta’ Tkomplija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill- Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta għall-professjoni rilevanti, li turi li lapplikant lesta tali taħriġ ta’ speċjalist hekk kif mitlub għall-ispeċjalita` rilevanti; jew

(b) jkollhom kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għal CCST għall-ispeċjalita` rilevanti, li hi maħruġa mill-awtorita` kompetenti fi Stat ieħor Membru tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att tal-Professjoni tal-Kura tas-Saħħa ta’ Malta; jew

(c) jkollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata bi stqarrija formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tali Speċjalisti ta’ Malta, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti għat-tabib biex jiġi rreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist f’dik l-iSpeċjalita` partikulari.

2.2. Kandidati li jtemmu b’suċċess li huma eliġibbli taħt paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jkunu mniżżla fir-Reġistru tal-iSpeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

2.3. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) u paragrafu 2.1 (iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu stqarrija ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti li jikkonferma li lkwalifika tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ ta’ Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti ta’ Malta.

2.4. Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw stqarrija mill-Kumitat ta’ Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti kif speċifikat hawn, għandha tinkludi kopja ta’ dik l-istqarrija mal-applikazzjoni tagħhom u d-dikjarazzjoni preżenti xorta tista’ tapplika, dment li jibgħatu kopja tal-istqarija hekk kif tkun għad-dispożizzjoni. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw l-istqarrija meħtieġa fi żmien il-perjodu ta’ xahar għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tagħhom jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien, sa xahar (1) ieħor, mill-Kap tad-Dipartimenti/ Direttorati li qed jilqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar, ir-raġunijiet għad-dewmien. Talbiet għal estensjoni lill hinn minn dan iż-żmien iridu jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Dmirijiet

3. Pubblikazzjoni tar-riżultat u proċess tal-appelli

3.1. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla huwa approvat mis-Segretarju Permanenti, u d-data tal-ħatra tkun b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

3.2. Fir-rispett tal-mekkaniżmu tal-appelli, kandidati li ma jkunux aċċettati għall-promozzjoni u li jixtiequ jissottomettu appell, għandhom jagħmlu hekk direttament lill-Kummissjoni. L-appell ikun referut mill-Kummissjoni lill-Bord tal-Appelli, u l-irwol tal-Bord tal-Appelli jkun li jagħti parir lill-Kummissjoni jekk l-appell għandhux jiġi aċċettat jew le. Id-deċiżjoni finali tittieħed mill-Kummissjoni, li tikkomunika wkoll dik id-deċiżjoni lill-appellant.

3.3 Il-persuna maħtura tista’ tiġi allokata fi kwalunkwe servizz tal-kura tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex u tkun maħtura mal-Ministeru responsabbli għas-servizz rispettiv.

Eliġibbiltà

4. Sottomissjoni tal-Espressjoni ta’ Interess

4.1 L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi, għall-attenzjoni tas-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Anzjanita’ Attiva, , 46, Level 5, Palazzo Spinola, Triq San Kristoforu, Valletta VLT 1464, permezz tar-Recruitment Portal biss (https://recruitment.gov.mt). L-applikazzjonijiet għandhom jinkludu Curriculum Vitae (li għandu jinkludi lista tal-kwalifiki tal-applikant). Il- GP47 għandha tintalab mill-unita’ tal-HR tal ministeru/dipartiment li jkun qed joħrog is-Sejha għall-Applikazzjoni Id-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet hija nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) ta’ nhar il-Ġimgħa, 30 ta’ Ġunju, 2023. Ittra elettronika ġenerata mill-kompjuter tintbagħat bħala rċevuta tal-applikazzjoni. Aktar dettalji dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet jinsabu fil-provedimenti ġenerali msemmija hawn isfel. Se jsiru żewġ proċessi tal-għażla. Il-proċess tal-għażla jikkunsidra applikazzjonijiet li jaslu sal-Ħin Ċentrali Ewropew ta’ dawn id-dati hawn imsemmija hawn taħt: 17.15hrs (Ħin Ċentrali Ewropew) tat-Tnejn, 03 ta’ April, 2023 Nofsinhar (Ħin Ċentrali Ewropew) tal-Ġimgħa 30 ta’ Ġunju 2023. L-applikazzjonijiet rċevuti għad-dati speċifikati hawn fuq se jiġu ggruppjati f’żewġ proċessi tal-għażla. 4.2 L-applikanti jingħataw sa żewġ (2) ġranet ta’ xogħol wara d-data tal-għeluq jew sa żewġ (2) ġranet ta’ xogħol mid-data tan-notifika, liema tiġi l-aħħar, biex jissottomettu dokumenti mhux korretti jew mhux mimlija kif suppost. 4.3 Iċ-ċertifikati oriġinali u/jew dokumenti għandhom, mingħajr eċċezzjoni, jintwerew waqt lintervista għal verifikazzjoni. 4.4 L-applikanti qed jingħataw parir li ma jistennewx sal-aħħar ġurnata biex jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom peress li ħafna traffiku tal-internet jew ħsara fil-konnessjoni tal-internet tista’ twassal għal diffikultajiet fis-sottomissjoni. Id-Diviżjoni tan-Nies u Standards ma tistax tinżamm responsabbli għal kwalunkwe dewmien minħabba tali diffikultajiet.

Ministry / Department :

 Ministry għall Anzjanita Attiva

Contact Persons :

 Joanne Falzon

Address :

46, Level 5, St Christopher Street, Valletta, VLT 1464

Telephone :

 25903043

Email address :

hr.mfaa@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.