Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess minn fost l-Uffiċjali Pubbliċi fil-Grad ta' Konsultent biex jiġu assenjati dmirijiet bħala: Deputy Chairperson Kliniku (Onkoloġija u Ematoloġija) fid-Dipartiment tal-Onkoloġija u Ematoloġija fil-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva

     Nru. ta' Referenza HR/MHA/38/2025


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 04/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 21/04/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Job Duties 
1. F’konformità mal-kunċett tal-mobilità tal-impjiegi, li jsaħħaħ l-esperjenza tat-tagħlim tal-individwu filwaqt li jindirizza l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku, id-Direttur Ġenerali (People Management) flimkien mal-Uffiċċju taċ-Chief Medical Officer (CMO) u id-Direttur Ġenerali (Health Care Services)  fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva qiegħed ifittex li jidentifika Uffiċjal Pubbliku adatat biex iwettaq dmirijiet kif imsemmija hawn fuq, għal perjodu ta’ tlett (3) snin, suġġett għal-prestazzjoni sodisfaċenti. 

2. Il-kandidat magħżul għandu, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġeb liċ-Chairperson Kliniku tad-Dipartiment tal-Onkoloġija u Ematoloġija.

3.  Il-prestazzjoni f’dawn id-dmirijiet tiġi wkoll rikonoxxuta fir-Record of Service (GP47).

4. Il-kandidat magħżul ikun mitlub li jaħdem żewg (2) sezzjonijiet amministrattivi fil-ġimgħa biex jaqdi dmiru ta' Deputy Chairperson Kliniku fid-Dipartiment rispettiv.

5. Il-kandidat magħżul ikompli jirċievi s-salarju u l- benefiċċji ta' Konsulent bi ħlas addizzjonali skond il-Ftehim Settorjali ghal żewg (2) sezzjonijiet on-site amministrattivi imsemmija f' paragrafu 4. IL-kandidat magħżul ikompli bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tiegħu ladarba ma jibqgħax jaqdi d-dmirijiet marbuta ma’ din l-espressjoni ta’ interess.



Dmirijiet

6. L-uffiċjali eliġibbli huma għalhekk mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom biex jiġu assenjati dmirijiet relatati ma’ din in-nomina.  Id-dmirijiet huma deskritti fl-Anness “A” iktar l-isfel.

7. Il-kandidat magħżul ikun meħtieġ li jissostitwixxi c-Chairperson Kliniku fl-attivitajiet kollha tiegħu u jestendi l-appoġġ għal tagħlim undergraduate, postgraduate, taħriġ in-service u programm ta' riċerka.

Eliġibbiltà

8. Sad-data u l-ħin tal-għeluq ta' din l-espressjoni ta' interess, l-applikanti jridu jkunu fil-Grad ta' Konsultent fis-Servizz Pubblku ta' Malta, li jkunu jew fuq Kuntratt A jew Kuntratt B b'ħames (5) snin esperjenza ta' Speċjalist fl-ispeċjalitajiet rilevanti li jaqgħu taħt il-mandat tad-Dipartiment tal-Onkoloġija u Ematoloġija.

9. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. 

9.1. Kull kwalifika u esperjenza dikjarata għandha tkun sostnuta b’ċertifikati u/jew testimonjanzi, li kopji tagħhom għandhom ikunu mehmuża mas-sottomissjoni tal-Uffiċjal. Kopji skennjati mibgħuta elettronikament huma aċċettabbli.

9.2 Iċ-ċertifikati u/jew it-testimonjanzi oriġinali jridu jintwerew waqt l-intervista mingħajr ebda eċċezzjoni.

10. Ir-riżultat tal-proċess tal-għażla se jiġi ppubblikat mill-People Management Division.

11. Petizzjonijiet li joġġezzjonaw għar-riżultat tal-proċess tal-għażla għandhom jaslu għand il-People Management Division fi żmien għaxart (10) ijiem ta’ xogħol mid-data tal-pubblikazzjoni tar-riżultat.

Ministry / Department :

 Ministeru għas-Saħħa u Anzjanita' Attiva

Contact Persons :

 Ms Maureen Mahoney (DG PMD) / Mr Clarence Pace (CMO & DG HCS)

Address :

 15, Palazzo Castellania, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 1171

Telephone :

 +356 22992600

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.