Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Assistant Manager

     Nru. ta' Referenza Gażżetta tal-Gvern idatata 17 ta' April 2025


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/04/2025 11:00
    Data tal-għeluq: 05/05/2025 17:15
    Ministeru: Ministeru Għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet Tal-Annimali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Assistant Manager fil-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ probation/prova, dawk appuntati iridu jkunu temmew b’suċċess kors t’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju t’Assistant Manager li jidħol fil-grad bir-rekwiżiti tal-eliġibbilta’ ta’ paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (iii) (ċ) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li fis-sena 2025 huwa ta’  €22,526.00 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €24,650.00.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 12 titla għal Skala 11, li fis-sena 2025 hija ekwivalenti għal € 24,038.98 fis-sena, li tiżdied b'żidiet annwali ta' €375.17 sa massimu ta' €26,290.00, mal-kisba ta’ Diploma fil-Livell 5 tal-MQF kif imsemmija fil-paragrafu 4.1(iii) (b).

2.5 Persuna fil-grad t’Assistant Manager li tissodisfa l-klawsola 4.1 (iii) (b) titpoġġa fi Skala ta’ Salarju 11, u titla fi Skala 10 (€25,570.98 x €407.67 - €28,017.00) fis-sena 2025 wara tliet (3) snin servizz bħala Assistant Manager fi Skala ta’ Salarju 11, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għall-ħlas ta' allowance tal-klassi ta' €500, suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

2.7 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra.  Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor, skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.8 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.

2.9 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandhom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tan-notifika tal-ħatra.

2.10 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk il-kandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq. 
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).  


Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Assistant Manager jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 



Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta ; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema;  jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

      Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

      Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
  1. kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u dik Ingliża;
U

  1. a. fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 4 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 120 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil Biology jew Natural Sciences oħrajn, jew Fisheries Science, jew Fisheries Management, jew Marine Science, jew Environmental Science, jew Oceanography, jew Engineering, jew Geography, jew Geology, jew Business Administration, jew Customer Care, jew Logistics, jew Public Administration, jew Public Management, jew Project Management, jew Management Studies, jew Economics, jew Statistics, jew Mathematics, jew Law, jew System Audit, and/or Quality Auditing and Data Analysis jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.

JEW

b. fil-pussess ta’ Diploma rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 krettu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) fil Biology jew Natural Sciences oħrajn, jew Fisheries Science, jew Fisheries Management, jew Marine Science, jew Environmental Science, jew Oceanography, jew Engineering, jew Geography, jew Geology, jew Business Administration, jew Customer Care, jew Logistics, jew Public Administration, jew Public Management, jew Project Management, jew Management Studies, jew Economics, jew Statistics, jew Mathematics, jew Law, jew System Audit, and/or Quality Auditing and Data Analysis jew f'oqsma rilevanti kif determinat mill-maniġment.

JEW

c. (i) fil-pussess ta’ żewġ (2) suġġetti fil-Livell Avvanzat u tliet (3) suġġetti fil-Livell Intermedju tal-Matrikola (li għandhom jinkludu tnejn (2) minn dawn is-suġġetti: Matematika, Ingliż jew Malti) jew kwalifika komparabbli pertinenti rikonoxxuta;

JEW

(ii) fil-pussess ta’ tliet suġġetti fil-Livell Avvanzat (li jinkludi wieħed minn dawn is-suġġetti: Matematika, Ingliż jew Malti)
   
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 120/60 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabli, hija aċċetta biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. 

Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta’ karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibbli.

Kandidati magħżula li huma fil-pussess ta’ kwalifika rikonnoxxta fil-Livell 4 tal-MQF (kwalifika jew żewġ suġġetti fil-Livell Avvanzat flimkien ma’ tliet suġġetti fil-livell Intermedjajru tal-Matrikola jew fil-pussess ta’ tliet (3) suġġetti fil-livell Avvanzat, jew kwalifika rikonoxxuta komparabbli), fl-oqsma indikati fil-paragrafu 4.1 (iii) (a) jew (c) jidħlu bħala Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 12). Mal-akkwist ta’ Diploma rilevanti fil-Livell 5 tal-MQF f’oqsma relatati, dawn l-uffiċjali jipprogressaw għal Assistant Manager (Skala ta’ Salarju 11).  Il-progressjonijiet l-oħra kollha għandhom ikunu skont id-dispożizzjonijiet indikati fid-dokument li jismu ‘Working Conditions for Officers within the Managerial Stream for Qualified Personnel’.

4.2 (i) Kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(ii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.  L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel). 

4.3  Kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 iii (a) sa 4.1 iii (c) jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf​, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika fi żmien sena mid-data tal-ħatra tagħhom.  Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata. ​


Ministry / Department :

Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali

Contact Persons :

Andrew Galea

Address :

Direttorat għas-Servizzi Korporattivi, Agriculture Research and Innovation Hub, Triq l-Ingiered, Luqa, LQA 3300

Telephone :

2339 7227

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.