Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A |
Ara d-dokument | Annex B |
Deskrizzjoni qasira tal-post
- Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’ u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Kuntistabbli tal-Pulizija, fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru tal-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta' prova ta' (2) sentejn.
2.2 Is-salarju ta' Kuntistabbli huwa ta' Skala ta' Salarju 14, li fl-2025 huwa ta' €19,591.02 fis-sena, li jiżdied bi €316.83 fis-sena sa massimu ta' €21,492.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli titla' fi Skala 13 (li fl-2025 huwa ta' €21,042.00 x €335.50 - €23,055.00) wara sentejn (2) fis-servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli titla' fi Skala 12 (li fl-2025 huwa ta' €22,526.00 x €354.00 - €24,650.00) wara erba' (4) snin fis-servizz fi Skala 13, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli tavvanza għal Kuntistabbli Anzjan fi Skala 11 (li fl-2025 hija ta' €24,038.98 x €375.17 - €26,290.00) wara (2) sentejn fis-servizz fi Skala 12, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Minħabba n-natura tax-xogħol, il-post ta' Kuntistabbli tattira wkoll allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali tal-Korp tal-Pulizija intitolat, ‘Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force, 2023 ’.
2.7 Matul iż-żmien li l-kandidati jkunu jattendu l-kors fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, jitħallsu l-paga bażika ta' Skala 16 (li fis-sena 2025 hija ta' €16,915.00) sakemm jieħdu l-ġurament tal-ħatra bħala Kuntistabbli tal-Pulizija bi Prova.
2.8 Il-kandidati magħżula għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post/pożizzjoni li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Uffiċċju tar-Rekords Kriminali jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn sitt (6) xhur qabel id-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li għandu jiġi sottomess mill-persuna magħżula fi żmien ġimgħa (1) mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Applikanti se jkunu suġġetti għas-Security Clearance u dawk li qed japplikaw minn Korpi Dixxiplinari oħra se jkunu ukoll suġġetti għall-kondotta ta' dmir mill-Korpi Dixxiplinari tagħhom.
2.9 Fir-rigward tar-rekwiżiti li joħorġu mid-Direttiva 16, dwar il-‘Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni ta’ Kunflitti ta’ Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika’, maħruġ mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fis-27 ta’ Novembru 2023 u li daħal fi-seħħ fl-1 ta’ Frar 2024, il-Bord tal-Għażla se jivvaluta l-impjiegi preċedenti tal-kandidati biex jevalwa l-kunflitti ta’ interess potenzjali. F’dan ir-rigward, il-kandidati għandhom jipprovdu CV kompletament aġġornat, inkluż il-kwalifiki u l-istorja tal-impjieg mal-applikazzjoni tagħhom. Kwalunkwe kwistjoni ta’ kunflitt ta’ interess potenzjali nnutata għandha tiġi rrappurtata lis-Segretarju Permanenti rispettiv biex jiġi żgurat li, jekk ilkandidat jiġi reklutat, tali kunflitti ta’ interess ikunu mmaniġġjati b’mod xieraq.
Barra minn hekk, il-kandidati magħżula għandhom jirrappurtaw kwalunke kunflitt ta’ interess magħruf, attwali, potenzjali jew apparenti qabel ma jaċċettaw ħatra, permezz tad-Dikjarazzjoni preskritta disponibbli fl-Appendiċi 1 tad-Direttiva 16 (disponibbli hawn).
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Kuntistabbli tal-Pulizija jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 L-applikanti għandhom ikunu:
i. ċittadini ta' Malta;
ii. ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża;
iii. (a) fil-pussess ta' pass (fi Grad 5 jew C jew f’livell kumparabbli) f’livell MQF 3 f’erba' (4) suġġetti li jkunu jridu jinkludu l-Malti u l-Lingwa Ingliża;
JEW
iii. (b) fil-pussess ta' kwalifika f’livell VET 3 jew Secondary School Certificate and Profiling Qualification f’livell MQF 3 fil-Malti, Ingliż u f’żewġ suġġetti oħra bħala units ta' studju separati fil-kors li jkunu segwew;
Applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom MCAST Diploma f’MQF livell 3, jew MCAST-BTEC First Diploma jew MCAST-BTEC Diploma jew Ċertificat tas-City and Guilds f’Livell 2 jiġu kkunsidrati wkoll sakemm is-suġġett ikun relatat mal-Pulizija;
iv. ikunu għalqu t-tmintax (18)-il sena sal-aħħar ta' Mejju 2026;
v. ma jkunux għalqu id-disgħa u tletin (39) sena sal-aħħar ta' Mejju 2026;
vi. ikunu medikament b’saħħithom f’kull rispett, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, skont l-istandard mediku ta' saħħa fil-Korp biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha ta' Pulizija;
vii. applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew body piercing u/jew modifikazzjonijiet oħrajn jiġu rregolati mill-policy tal-Malta Police Force Tattoos fil-link (http://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/POL-TAT.pdf);
viii. applikazzjonijiet minn kandidati li għandhom body modifications, u/jew body piercing jiġu kkunsidrati skont il-każ.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-dispożizzjonijiet ġenerali https://publicservices.gov.mt/en/people/Documents/Recruitment_GenProvs/General%20Provisions_MT.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sat-30 ta' Lulju 2025.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).
4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 Barra minn hekk, kandidati li huma parzjalment eliġibbli li jintalbu jattendu fil Kwartieri Generali tal-Pulizija, il- Furjana, sabiex jimlew formoli ta' kunsens u dikjarazzjoni. Matul il-proċess kollu sal-istadju tal-ħatra, jsir screening adekwat fuq kull kandidat. Jekk jirrizulta li jew id-dikjarazzjoni sottomessa tkun falza jew l-applikant jonqos milli jissodisfa l-livell ta' kondotta meħtieġa , il-kandidat jiġi skwalifikat u jkun eskluż milli jipproċedi fil-proċess tal-għażla.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Dipartiment tal-Pulizija |
Contact Persons : | Stephanie Farrugia |
Address : | Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, Furjana |
Telephone : | 21244001 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.