Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Espressjoni ta’ Interess minn Uffiċjali Pubbliċi u Ħaddiema tas-Settur Pubbliku biex jiġu assenjati dmirijiet bħala: Liaison Officers fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f'Malta 2023, fi ħdan il-Local Organising Committee of GSSE2023 (LOC)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MEYR 09/2023


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Definita  

    Tagħlim u Edukazzjoni Oħrajn
    Data ppubblikata: 24/02/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 28/04/2023 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Malti 
Ara d-dokument Annex A  
1. Fil-kuntest tal-prinċipju sabiex ir-riżorsi umani jiġu użati bl-aħjar mod possibbli u jiġu moqdija l-eżiġenzi tas-servizz u tas-settur pubbliku, filwaqt li tiżdied l-esperjenza fil-qasam tax-xogħol tal-individwu, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, qed tinħareġ sejħa biex uffiċjali pubbliċi u ħaddiema tas-settur pubbliku, jesprimu l-interess tagħhom sabiex iwettqu d-dmirijiet kif imsemmija hawn taħt, jibda mill-Ġimgħa 26 ta' Mejju 2023 sal-Ħadd 04 ta' Ġunju 2023. 

2. Il-kandidati magħżula għandhom, għall-perjodu li matulu jiġu assenjati tali dmirijiet, iwieġbu lill-LOC u kapijiet fejn jiġu assenjati. 



3. Il-kandidati magħżula jkomplu jirċievu s-salarju tal-grad sostantiv tagħhom għall-perjodu li matulu jkunu assenjati fi kwalunkwe wieħed mid-dmirijiet imsemmija hawn fuq. Huma jkomplu bid-dmirijiet tal-grad sostantiv tagħhom ladarba ma jibqgħux jaqdu d-dmirijiet marbuta ma’ din l-espressjoni ta’ interess.

Dmirijiet

4. L-uffiċjali eliġibbli huma mistiedna jippreżentaw l-espressjoni ta’ interess tagħhom. Id-dmirijiet u r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà huma deskritti fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din l-espressjoni ta’ interess, l-applikanti jridu jkunu uffiċjali pubbliċi li jkunu kkonfermati fi kwalunkwe grad. Jistgħu japplikaw ukoll uffiċjali sekondati/b'self/dettaljati ma'/skjerati ma'/fuq rabta ma' Organizzazzjonijiet tas-Settur Pubbliku, li jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa ta' eliġibilità. 

6. L-applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu għal intervista biex jiġi evalwat jekk humiex adatti għal dawk id-dmirijiet li huma esprimew interess fihom. Il-kandidati magħżula jiġu assenjati fuq dmirijiethom skont l-eżitu ta’ tali valutazzjoni u skont l-eżiġenzi tas-Servizz Pubbliku. 


Ministry / Department :

Ministry for Education, Sport, Youth, Research and Innovation

Contact Persons :

Julian Pace Bonello

Address :

The Maltese Olympic Committee, National Swimming Pool Complex, Maria Teresa Spinelli Street, Gżira.

Telephone :

+356 21332801

Email address :

[email protected]

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.