Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Technical Officer (Site Co-ordination)

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MTIP 3/2021


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Tekniċi u Industrijali
    Data ppubblikata: 15/01/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 29/01/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Id-direttur (People Management), Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Technical Officer (Site Co-ordination) fil-Ministeru għat-Trasnport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur .

2.2 Is-salarju ta’ Senior Technical Officer (Site Co-ordination) huwa ta’ Skala ta' Salarju 11, li fis-sena 2021 huwa ta’ €19,974 fis-sena, li jiżdied b’€375.17 fis-sena sa massimu ta’ €22,225.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Technical Officer (Site Co-ordination) titla’ fi Skala 10 (€21,267 x €407.67 - €23,713 fis-sena 2021) wara ħames snin (5) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.4 Il-persuna nominata tkun intitolata għal tali benefiċċji oħra u suġġetta għal tali kundizzjonijiet u obbligi oħra skond kif ikun jista' jkun stipulat fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern ta' Malta u l-Unjoni kompetenti.

2.5 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qed tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn ta’ l-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Technical Officer (Site Co-ordination) jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkulari. 

Eliġibbiltà

4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku għandom ikunu konfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u:

a. fil-grad ta' Technical Officer u li l-ħatra tagħhom f'dan il-grad ġiet ikkonfermata: jew 

b. ikollhom Higher Technician Diploma (HTD) f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għall-minimu ta' 60 kretti ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relatat jew kwalifika komparabbli f'Livell 5 tal-MQF; jew

c. ikollhom kwalifika rikonoxxuta (sentejn (2) full-time jew ekwivalenti*) f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET krettui jew ekwivalenti*) f'qasam tekniku relevanti, jew kwalifika kumparabbli flimkien ma'sentejn (2) experjenza xierqa u ppruvata.

Il-Higher Technician Diploma hija meqjusa bħala kwalifika f'Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 kretti  ECTS/ECVET, jew ekwivalenti*). Persuna li jkollha kwalifika rikonoxxuta f'Livell 4 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 120 ECTS/ECVET kretti,  jew ekwivalenti*), segwita b'sentejn (2) experjenza xierqa u ppruvata, titqies bħala li tissodisfa l-klawsola 'Higher Technician Diploma' jew kwalifika ekwivalenti li tinsab f'paragrafu 4.1 (b).

*Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa kumparabbli ma' 60/120 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC. 

4.2. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3. Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eligibbilità, basta jkunu fis-suġġetti mitluba. 

4.4. Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji ta' eliġibilta’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  

4.5. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry:

 Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali

Direttorat tal- People Management 

Contact Person :

Sharon Cauchi, Customer Care Unit 

Address :

 Blokk 'A', Triq Francesco Buonamici, Floriana FRN 1700

Telephone :

 22927864

Email address :

recruitment.mtip@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.