Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    General Practitioner Trainee to General Practitioner

     Nru. ta' Referenza Ċirculari Nru. HR/MFH 22/2020


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 08/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 26/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa
    Dipartiment: Kura tas-Saħħa Primarja

Konnessjoni
Ara d-dokument Invitation to apply EN 
Ara d-dokument Invitation to apply MT 
Skont il-Ftehim Kollettiv iffirmat bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta’ Malta (MAM) iffirmat fil-25 ta’ Mejju 2017, il-Ministeru għas-Saħħa jistieden lill-Uffiċjali Pubbliċi fil-grad ta’ General Practitioner Trainee 2 (Skala ta’ Salarju 7), li jkunu fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Speċjalist Mediku fil-Mediċina tal-Familja mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti, b’hekk b’dan jiġu eliġibbli għar-reġistrazzjoni bħal speċjalist fil-Mediċina tal-Familja mal-Kunsill Mediku ta’ Malta biex jesprimu interess li jersqu għall-intervista biex jiġu promossi għall-grad ta’ General Practitioner.

Is-Salarju huwa dak li jappartjeni ghal General Practitioner

Dmirijiet

Id-dmirijiet huma dak li jappartjenu għal General Practitioner

Eliġibbiltà

Kandidati li jissottomettu l-interess tagħhom biex jiġu intervistati jkollhom bżonn li:

            (i)         jkunu mniżżla fil-lista tar-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew
            (ii)        jkunu approvati għall-inklużjoni fir-Reġistru tal-Ispeċjalisti tal-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta; jew

            (iii)       (a)        ikunu fil-pussess ta’ Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT) maħruġ mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti għall-Mediċina tal-Familja, li turi li l-applikant lesta tali taħriġ speċjalizzat hekk kif jista’ ikun ippreskrivat għall-ispeċjalita` rilevanti; jew

(b)       ikun fil-pussess ta’ kwalifika ta’ speċjalist ekwivalenti għas-CCT għall-Mediċina tal-Familja, li kienet ħarġet mill-awtorita` kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-UE, hekk kif imniżżel f’Parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att ta’ Malta tal-Professsjoni tal-Kura tas-Saħħa; jew

                        (c)        ikunu fil-pussess ta’ kwalunkwe kwalifika oħra ta’ speċjalist dment li din trid tkun akkumpanjata b’dikjarazzjoni formali ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti, li tgħid li l-kwalifiċi/ esperjenza huma suffiċjenti li tabib ikun irreġistrat mal-Kunsill Mediku ta’ Malta bħala speċjalist fil-Mediċina tal-Familja.

Kandidati li jtemmu b’suċċess, eliġibbli taħt paragrafu 2.1. (iii) (b) u 2.1 (iii) (c) hawn fuq għandhom ikunu mniżżla fir-Reġistru ta’ Speċjalist għall-Mediċina tal-Familja miżmum mill-Kunsill Mediku ta’ Malta qabel il-ħatra.

Kandidati li japplikaw fit-termini ta’ paragrafu 2.1(iii) (b) u paragrafu 2.1(iii) (c) hawn fuq iridu jottjenu dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent mill-Kumitat ta’ Malta tal-Akkreditazzjoni tal-Ispeċjalisti  li tikkonferma li l-kwalifika tagħhom tista’ tkun ikkunsidrata bħala ekwivalenti għaċ- Ċertifikat ta’ Tlestija tat-Taħriġ (CCT)  ta’ Malta.

Kandidati li japplikaw skont it-termini ta’ paragrafu 2.1 (iii) (b) jew paragrafu 2.1(iii) (c) u li huma meħtieġa li jippreżentaw dikjarazzjoni mill-Kumitat tal-Akkreditazzjoni tal-iSpeċjalisti hekk kif speċifikat hemm, għandhom jinkludi kopja ta’ dik id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni tagħhom u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista. Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa, xorta jistgħu japplikaw, dment li jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif tkun disponibbli, u fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard mid-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw din id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni ta’ dan il-limitu ta’ żmien b’xahar ieħor lill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b’mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien.  Talbiet għal estensjonijiet itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.