Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Allied Assistant

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 02/06/2023


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 02/06/2023 12:00
    Data tal-għeluq: 19/06/2023 13:30
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Duties 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management) Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Allied Assitant fil-Ministeru għas-Saħħa.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur.

2.2 Is-salarju ta’ Allied Assistant (MQF Level 4) huwa ta’ Skala ta' Salarju 13, li fis-sena 2023 huwa ta’  €18,950.90 fis-sena, li jiżdied b’€335.50 fis-sena sa massimu ta’ €20,963.90 .

2.3 Persuna fil-grad ta' Allied Assistant (MQF Level 4) titla' fi Skala 12 (li fis-sena 2023 hu €20,270.04 x €354 - €22,394.04) mat-tlestija ta' ħames (5) snin servizz sodisfaċenti full-time jew ekwivalenti fil-grad ta' Allied Assistant f'Skala ta' Salarju 13.

2.4 Persuna fil-grad ta' Allied Assistant (MQF Level 4) li jikseb b'suċċess kwalifika MQF Level 5 rilevanti għall-qasam tax-xogħol tiegħu jitqiegħed fi Skala ta' Salarju 12 bħala Allied Assitant (MQF Level 5). Is-snin kolla ta' servizz jiġu kkunsidrati fuq bażI notional.

2.5 Persuna fil-grad ta' Allied Assistant (MQF Level 5) b'minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti) jitqiegħed fi Skala ta' Salarju 12, (li fis-sena 2023 hu €20,270.04 x €354.00 - €22,394.04).

2.6 Persuna fil-grad ta' Allied Assistant (MQF Level 5) tiġi promossa għall grad ta' Senior Allied Assistant fi Skala 10 (li fis-sena 2023 hu €23,029.57 x €407.67 - €25,475.59) mat-tlestija ta' ħames (5) snin servizz sodisfaĊenti.

2.7 Persuna fil-grad ta' Allied Assistant fil-pussess ta' MQF Level 6 (b'minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti) li hija relatata mal-qasam tax-xogħol jitpoġġa minnufih fi Skala ta' Salarju 10 (€23,029.57 x €407.67 - €25,475.59) bħala Senior Allied Assistant.

2.8 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.9 Persuna maħtura tkun intitolata għall-benefiċċji l-oħra tali, u suġġetta għall-kundizzjonijiet u obbligi oħra tali li jkunu mniżżlin fi kwalunkwe ftehim rilevanti bejn il-Gvern u l-Unjin kompetenti.

2.10 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC/ADAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita.

Dmirijiet

3.1 Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Allied Assistant jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

3.2 Persuna maħtura tista' tkun meħtiega li twettaq dmirijiet fi kwalunkwe servizz għall-kura tas-saħħa tal-Gvern ta' Malta skont id-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni.



Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

ii. (a) profiċjenti fil-lingwa Maltija. Għaldaqstant, kandidati li m’humiex profiċjenti fil-lingwa Maltija xorta ser jiġu kkunsidrati imma jridu jipprovdu evidenza ta’ profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija qabel il-konferma tal-ħatra li hi fi żmien sitt (6) xhur, billi jgħaddu b’suċċess mill-eżami fil-Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 tal-Università ta’ Malta. Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 immexxi mid-Dipartiment tal-Malti tal-Università ta’ Malta. Allied Assistants impjegati li ma jiksbux dan iċ-ċertifikat fi żmien ta’ prova ta’ sitt (6) xhur, jingħataw estensjoni ta’ darba ta’ sitt (6) xhur biex jiksbu b'suċċess dan iċ-ċertifikat, qabel il-konferma talħatra tagħhom. Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula.

U (b) profiċjenti fil-lingwa Ingliża;

Jew

billi jipprovdu, sad-data tal-intervista, evidenza li l-kwalifika primarja ġiet segwita bil-lingwa Ingliża;

Jew

billi jipprovdu sad-data tal-intervista, ċertifikat validu tal-IELTS (International English Language Testing System) ta’ band score medju ta’ 6 jew ogħla f’dominji ta’ komprensjoni, qari, kitba u lingwa mitkellma. Kwalifika ċċertifikata ekwivalenti għal IELTS Livell 6 (ta’ band score medju ta’ 6) eż. GCSE/ Cambridge Grad Ċ, TOEFL (IBT) : 60-80, CEFR : B2 jkunu wkoll aċċettati;

Jew

billi jipprovdu dokumentazzjoni li turi tal-inqas sitt (6) xhur esperjenza ta’ xogħol iċċertifikata full-time bħala Allied Assistant fir-Renju Unit jew fl-Irlanda jew kwalunkwe pajjiż ieħor li jitkellmu l-Ingliż fejn l-Ingliż huwa llingwa primarja u/jew uffiċjali. 

U

iii (a). fil-pusses ta' kwalifika f'Livell 4 tal-MQF jew f'Advanced Diploma in Applied Science jew Advanced Diploma in Health Sciences jew Advanced Diploma in Health and Social Care b'minimu ta' 120 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*, jew kwalifika kumparabbli minn Istituzzjoni rikonoxxuta.

Jew

iii (b). fil-pusses ta' kwalifika f'Livell 5 tal-MQF kif ditterminata mill management b'minimu ta 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti*, 

*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 120/60 ECTS/ECVET Krettu, hekk kif applikabli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MQRIC li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

iv. L-uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-kariga jridu jiġu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/kurrent ta’ karriera differenti jew f’pożizzjoni definita. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhix possibbli.  

4.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. 

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.        

4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.6 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.7 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministeru għas-Saħħa.

Diviżjoni tal-People Management.

Contact Persons :

Ms. Maureen Mahoney.

Address :

Diviżjoni tal-People Management

Ministeru għas-Saħħa

15, Palazzo Castellania

Triq Merkanti

Valletta, VLT 1171.

Telephone :

+356 2299 2604

Email address :

recruitment.health@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.