Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Maltese |
Ara d-dokument | Annex A |
Deskrizzjoni qasira tal-post
Il-Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED) jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti interessati li l-ebda forma ta' abbuż fuq it-tfal m'huwa tollerat. Fil-proċess tar-reklutaġġ, il-MFED jimxi mal-Liġi Sussidjarja 327.546 (Regolamenti tal-2016 dwar ir-Reklutaġġ, Taħriġ Inizjali u Żvilupp Professjonali Kontinwu u Protezzjoni ta' Minorenni fl-Edukazzjoni Obbligatorja).
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Edukazzjoni (MFED), jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Learning Support Educators fil-Ministeru għall-Edukazzjoni.
Salarju
2.1. Din il-ħatra hija soġġetta għal perijodu ta’ prova ta’ tnax-il (12) xahar għal Learning Support Educator III u għal perijodu ta’ prova ta’ sitt (6) xhur għal Learning Support Educator II u I.
2.2. Is-salarju għal post ta’ Learning Support Educator III għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekweżiti taleleġibbiltá ta’ paragrafu 4.1 (iii) huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li f’2021 huwa ta' €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23,713.
2.3. Persuna fil-grad ta’ Learning Support Educator III titla’ fi Skala ta’ Salarju 9, li f’2021 huwa, (€22,633 x €447.33 - €25,317), wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ LSE III fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4. Is-salarju għal post ta’ Learning Support Educator II, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekweżiti taleleġibbiltá ta’ paragrafu 4.1 (iv) huwa ta’ Skala ta' Salarju 12, li f’2021 huwa ta' €18,724 fis-sena, li jiżdied b’€354.00 fis-sena sa massimu ta’ €20,848.
2.5. Persuna fil-grad ta’ Learning Support Educator II titla’ fi Skala ta’ Salarju 10, li f’2021 huwa, (€21,267 x €407.67 - €23,713), wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ LSE II fi Skala ta’ Salarju 12, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6. Is-salarju għal post ta’ Learning Support Educator I, għal dawk l-applikanti li jidħlu fil-grad bir-rekweżiti taleleġibbiltá ta’ paragrafu 4.1 (v) huwa ta’ Skala ta' Salarju 15, li f’2021 huwa ta' €15,263 fis-sena, li jiżdied b’€298.00 fis-sena sa massimu ta’ €17,051.
2.7. Persuna fil-grad ta’ Learning Support Educator I titla’ fi Skala ta’ Salarju 14, li f’2021 huwa, (€16,361 x €316.83 - €18,262), wara ħames (5) snin servizz fil-grad ta’ LSE I fi Skala ta’ Salarju 15, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti, u terġa’ titla’ fi Skala ta’ Salarju 13, li f’2021 huwa, (€17,522 x €335.50 - €19,535) wara ħames (5) snin oħra ta’ servizz fil-grad ta’ LSE I fi Skala ta’ Salarju 14, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.8. Barra minn hekk, persuna fil-grad ta’ Learning Support Educator I, li jieħdu l-intizjattiva u jtemmu b’suċċess kwalifika sħiħa (Diploma) f’Livell 5 tal-MQF hekk kif msemmija f’paragrafu 4.1 (iv), tiġi awtomatikament promossa fil-grad ta’ Learning Support Educator II fi Skala ta’ Salarju 12.
2.9. Barra minn hekk, persuna fil-grad ta’ Learning Support Educator I jew II, li jieħdu l-intizjattiva u jtemmu b’suċċess kwalifika sħiħa (Degree) f’Livell 6 tal-MQF hekk kif msemmija f’paragrafu 4.1 (iii), tiġi awtomatikament promossa fil-grad ta’ Learning Support Educator III fi Skala ta’ Salarju 10. F'tali każijiet, is-snin ta’ servizz bħala Learning Support Educator II għandhom ikunu meqjusa għall-progressjoni fuq bażi ta’ 4:1 (kull erba’ (4) snin fil-grad ta’ Learning Support Educator II għandhom jirriżultaw fi tnaqqis ta’ sena (1) għall-progress fl-Iskala tas-Salarju 9).
2.10. L-Iskala tas-Salarji għall-gradi kollha msemmija hawn fuq (2.2 – 2.9) huma supplimentati bil-Class Allowance rispettiv annwali flimkien mal-Work Resources Fund rispettiv annwali skond il-grad u l-iskala tas-salarju u huma suġġetti għal żidiet fis-sena kif stipulat fil-ftehim bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Malta Union of Teacher (MUT) iffirmat fil-21 ta’ Diċembru 2017.
2.11. Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.
2.12. L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Learning Support Educators jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1. Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu
- ċittadini ta’ Malta; jew
- ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
- ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
- kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (c), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
- ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji; jew
- Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’
Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.
Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.
ii. kapaċi jikkomunikaw fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; u;
iii. fil-pussess ta’ kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Degree) f’Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 180 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli;
iv. Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn kandidati eliġibbli skont paragarafu 4.1 (iii) u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Diploma) f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 60 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli;
v. Jekk ma jkunx hemm applikazzjonijiet minn kandidati eliġibbli skont paragarafu 4.1 (iv) u/jew ma jkunx hemm biżżejjed kandidati li kkwalifikaw, l-eleġibbiltà tiġi estiża għal dawk l-applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom kwalifika rikonoxxuta sħiħa (Certificate) f’Livell 5 tal-MQF (suġġett għal minimu ta’ 30 kreditu ECTS/ECVET, jew ekwivalenti *) fl-Inclusive Education jew kwalifika komparabbli.
* Fin-nuqqas ta' evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/ECVET kretti jew sistema oħra ta' kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta' studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma' 30/60/180 ECTS/ECVET kretti (skont kif applikabbli). Jista' jintalab il-parir tal-MQRIC.
Dawk li huma diġa impjegati mal-iskejjel tal-Istat bħala LSE I jew LSE II u jixtiequ jiprogressaw għal grad ogħla, iridu isegwu listruzzjonijiet mil-links li ġejjin:
jew
LSE Supplimentari iridu japplikaw għal din is-sejħa biex jilħqu grad ta’ LSE.
vi. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
4.2. (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti *.
* Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 60 ECTS/ECVET kretti., jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.3. Barra min hekk, skont il-ftehim settorjali tal-edukazzjoni ffirmat mill-Gvern u mill-Għaqda tal-Għalliema ta’ Malta (MUT) fil-21 ta’ Diċembru 2017, il-kriteriji tal-eliġibbilità msemmijia fil-partagrafi 4.1 (i) sa (v) hawn fuq, jieħdu f’kunsiderazzjoni, is-snin kollha preċedenti ta’ servizz sodisfaċenti fil-grad relevanti u l-kwalifiki akkumulati mill-applikanti. B’hekk, servizz f’rwoli ogħla jew ekwivalenti sal-ħin u d-data ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, li jista’ jinkludi rwoli mhux regolati minn dan l-istess ftehim, ma jeskludix kandidati potenzjali milli japplikaw u jiksbu l-eliġibbilità għal gradi ekwivalenti u/jew gradi anqas.
4.4. Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.
Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta’ għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.5. Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.6. L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
4.7. Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 - 4.6 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
4.8. L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
4.9. L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry for Education |
Contact Persons : | Edu Servizz.gov |
Address : | Great Siege Road,Floriana,VLT2000 |
Telephone : | 153 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.