Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Annex A - Police Constable Duties and Responsibilities |
Ara d-dokument | Annex B - Police Constable Tests |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Ministeru għall-Intern, is-Sigurta’ u x-Xogħol, jilqa' applikazzjonijiet għall-post ta' Kuntistabbli fid-Dipartiment tal-Pulizija, fil-Ministeru tal-Intern, is-Sigurta' u x-Xogħol.
Salarju
2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta' prova ta' (2) sentejn.
2.2 Is-salarju ta' Kuntistabbli huwa ta' Skala ta' Salarju 14, li fl-2024 huwa ta' €18,538.02 fis-sena, li jiżdied bi €316.83 fis-sena sa massimu ta' €20,439.00.
2.3 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli titla' fi Skala 13 (li fl-2024 huwa ta' €19,867.00 x €335.50 - €21,880.00) wara sentejn (2) fis-servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.4 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli titla' fi Skala 12 (li fl-2024 huwa ta' €21,236.00 x €354 - €23,360.00) wara erba' (4) snin fis-servizz fi Skala 13, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.5 Persuna fil-grad ta’ Kuntistabbli tavvanza għal Kuntistabbli Anzjan fi Skala 11 (li fl-2024 hija ta' €22,642.98 x €375.17 - €24,894.00) wara (2) sentejn fis-servizz fi Skala 12, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.
2.6 Minħabba n-natura tax-xogħol, il-post ta' Kuntistabbli tattira wkoll allowances kif speċifikat fil-ftehim settorjali tal-Korp tal-Pulizija intitolat, ‘Sectoral Agreement Regulating the Conditions of Service for the Police Force, 2023 ’.
2.7 Matul iż-żmien li l-kandidati jkunu jattendu l-kors fl-Akkademja tal-Forzi Dixxiplinati, jitħallsu l-paga bażika ta' Skala 16 (li hija ta' €16,130.00) sakemm jieħdu l-ġurament tal-ħatra bħala Kuntistabbli tal-Pulizija bi Prova.
Dmirijiet
3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Kuntistabbli fid-Dipartiment tal-Pulizija jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
4.1 L-applikanti għandhom ikunu:
- ċittadini ta' Malta;
- ikunu kapaċi jikkomunikaw bil-lingwa Maltija u Ingliża;
- (a) fil-pussess ta' pass (fi Grad 5 jew C jew f’livell kumparabbli) f’livell MQF 3 f’erba' (4) suġġetti li jkunu jridu jinkludu l-Malti u l-Lingwa Ingliża;
JEW
iii (b) fil-pussess ta' kwalifika f’livell VET 3 jew Secondary School Certificate and Profiling Qualification f’livell MQF 3 fil-Malti, Ingliż u f’żewġ suġġetti oħra bħala units ta' studju separati fil-kors li jkunu segwew;
Applikanti li jkollhom fil-pussess tagħhom MCAST Diploma f’MQF livell 3, jew MCAST-BTEC First Diploma jew MCAST-BTEC Diploma jew Ċertificat tas-City and Guilds f’Livell 2 jiġu kkunsidrati wkoll sakemm is-suġġett ikun relatat mal-Pulizija;
iv.ikunu għalqu t-tmintax (18)-il sena sal-aħħar ta' Marzu 2025;
v.ma jkunux għalqu id-disgħa u tletin (39) sena sal-aħħar ta' Marzu 2025;
vi.ikunu medikament b’saħħithom f’kull rispett, kemm fiżikament kif ukoll mentalment, skont l-istandard mediku ta' saħħa fil-Korp biex ikunu jistgħu jaqdu d-doveri kollha ta' Pulizija;
vii. applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi u/jew body piercing u/jew modifikazzjonijiet oħrajn jiġu rregolati mill-policy tal-Malta Police Force Tattoos fil-link (http://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/POL-TAT.pdf);
viii. applikazzjonijiet minn kandidati li għandhom body modification u/jew body piercing jiġu kkunsidrati skont il-każ.
Uffiċjali Pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra attwali tagħhom, sakemm il-ħatra attwali ma tkunx fi klassi/linja ta' karriera differenti jew f'pożizzjoni definita, iżda jistgħu japplikaw għal grad/pożizzjoni inqas anki jekk mhux ikkonfermati u irrispettivament jekk hux fl-istess linja ta' karriera jew le. Riverżjoni għal ħatra preċedenti mhux ikkonfermata mhijiex possibli.
4.2 (i) Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1 jew kif indikat f’paragrafu 3.1 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali https://recruitmentadmin.gov.mt//attachments/2024_04_08_09_26_51_GP_MT_05042024.pdf xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2024. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifika ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.
(ii) Kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta' studju rikonoxxut f'livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b'suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżiti li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta' rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita' pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l'isfel).
4.3 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta' Officer in Scale permezz ta' deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta' dak ta' grad ogħla fl- istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta' dik tal-ħatra ta' Officer in Scale.
Is-snin ta' servizz mid-data ta' meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta' servizz mitluba fis-sejħa t’applikazzjonijiet.
Kwalunkwe kriterju ieħor t’eliġibbilta' għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.
4.4 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall- applikazzjonijiet.

Is-snin ta' servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta' ‘servizz fil-grad’ kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet.
Kwalunke rekwiżit ieħor ta' eliġibbiltà għall-post/pożizzjoni għandu jintlaħaq f’termini ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.
4.5 L-applikanti għandhom ikunu ta' kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.

4.6 Applikanti se jkunu suġġetti għas-Security Clearance u dawk li qed japplikaw minn Korpi Dixxiplinari oħra se jkunu ukoll suġġetti għall-kondotta ta' dmir mill-Korpi Dixxiplinari tagħhom.
4.7 Barra minn hekk, kandidati li huma parzjalment eliġibbli li jintalbu jattendu fil Kwartieri Generali tal-Pulizija, il-Furjana, sabiex jimlew formoli ta' kunsens u dikjarazzjoni. Matul il-proċess kollu sal-istadju tal-ħatra, jsir screening adekwat fuq kull kandidat. Jekk jirrizulta li jew id-dikjarazzjoni sottomessa tkun falza jew l-applikant jonqos milli jissodisfa l-livell ta' kondotta meħtieġa , il-kandidat jiġi skwalifikat u jkun eskluż milli jipproċedi fil-proċess tal-għażla.
4.8 L-applikanti prospettivi għandhom jinnotaw ir-rekwiżit li jipproduċu dikjarazzjonijiet ta’ rikonoxximent tal-MQRIC fir-rigward tal-kwalifiki tagħhom mill-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal din is-sejħa għall-applikazzjonijiet (ara l-ħolqa aktar l’isfel).

Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Dipartiment tal-Pulizija |
Contact Persons : | Sa. Stephanie Farrugia |
Address : | Police General Headquarters, Floriana |
Telephone : | +356 21224001 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.