Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Resident Specialist (Anesteżija)

     Nru. ta' Referenza Government Gazette dated 24/07/2020


    Pubbliku Ġenerali  

    Definita  

    Kura tas-Saħħa, Medika u Caring
    Data ppubblikata: 24/07/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 21/08/2020 13:30
    Ministeru: Ministeru tas-Saħħa
    Dipartiment: Sptar Mater Dei

Konnessjoni
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Job Description 
1. Id-Direttur Ġenerali (People Management), Ministeru għas-Saħħa tilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Resident Specialist (Anesteżija) fuq bażi Locum  fid-Dipartiment tal-Anesteżija, Kura Intensiva u Maniġġ tal-Uġiegħ, fl-Isptar Mater Dei, fil-Ministeru għas-Saħħa.


3.1 Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’ Resdient Specialist (Anaesthesia) fuq bażi Locum  huwa ta’ Skala ta’ Salarju 5,  €28,326 fis-sena, li jiżdied b' €640.67 fis-sena sa massimu ta'  €32,170. 

Qed jiġi nnutat li s-salarju marbut mal-pożizzjoni ta' Resident Specialist (Anaesthesia) fuq bażi Locum hu supplimentat b'allowances hekk kif speċifikat  fil-ftehim settorali fis-seħħ iffirmat bejn il-Gvern ta' Malta u l-Assoċjazzjoni Medika ta' Malta (MAM) li jagħmel is-salarju kompetittiv.

3.2 Il-persuna maħtura tkun tista' tagħżel li taħdem fuq bażi ta' Kuntratt A jew Kuntratt B.


Dmirijiet

4. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta' Resident Specialist (Anestezija) fuq bażi Locum fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati dwar iċ-ċaqlieq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ),  skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġislazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet  ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar “Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi)”, jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiż terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Rijunifikazzjoni tal-Familji.
Il-parir tad-Dipartiment għall-Affarijiet taċ-Ċittadinanza u Expatriates fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta għandu jiġi mfittex skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tal-provvedimenti imsemmija hawn fuq.

Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (ċ), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja. 

Applikazzjonijiet jiġu wkoll ikkunsidrati minn kandidati li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi u li ma jissodisfawx il-kriterji msemmija f’paragrafu 5.1(i), dment li jissodisfaw ir-rekwiżiti msemmija f’paragrafi 5.1 (ii) sa 5.2. Il-ħatra ta’ dawn il-kandidati teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja.
  1.  kapaċi tikkomunika bil-lingwa Maltija u bil-Lingwa Ingliża; ​
Qed jiġi hawnhekk innutat li kandidati li mhumiex profiċjenti fil-lingwa Maltija jistgħu xorta  jiġu kkunsidrati sakemm il-kandidati magħużla jipprovdu  evidenza ta' profiċjenza bażika fil-lingwa Maltija fi żmien sena (1) mill-ingaġġ, billi jgħaddu b'suċċess mill-eżami  fil -Basic Medical Maltese for the Healthcare Profession Part 1 u  Part 2 tal-Universita' ta' Malta.  Il-kors li uffiċjalment iwassal għal dan l-eżami huwa l-Course in Basic Medical Maltese for the Health Care Profession  Part 1 u Part 2 immexxi mid-Dipartiment tal- Malti tal-Universita' ta' Malta.  Resident Specialists li ma jkunux kisbu dan iċ-ċertifikat fiż-żmien ta' prova, jingħataw estensjoni ta' darba biex jiksbu  b'suċċess dan iċ-ċertifikat.  Kwalunkwe ħlas relatat mal-kors jew assessjar tiegħu jridu jiġu mħallsa mill-kandidati prospettivi magħżula.  Madanakollu, tali spejjeż jistgħu jintalbu lura permezz tal-iskema Continuous Medical Education (CME).

5.2  Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom aktar minn hekk:

(i)   ikollhom isimhom imniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Anesteżija u Kura Intensiva miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta: jew
(ii)  ikunu approvati li isimhom jitniżżel fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti tal-Anesteżija u Kura Intensiva miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta; jew
(iii)  (a)  ikollhom Ċertifikat ta' Tlestija ta' Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għal- Anesteżija u Kura Intensiva, li juri li l-applikant temm tali taħriġ speċjaliżżat li jista' jkun mitlub għal-Anesteżija u Kura Intensiva; jew
      (b)    ikollhom kwalifika ta' speċjalist ekwivalenti għas-CSST għall-Anesteżija u Kura Intensiva, li tkun maħruġa mill-Awtorita' kompetenti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, kif imniżżel f'parti 1b tat-Tieni Skeda tal-Att dwar il- Professjonijiet tas-Saħħa ta' Malta; jew
     (c)     ikollhom kwalunkwe kwalifika oħra ta' speċjalist dment li ma' din tinhemeż dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall-Akkreditazzjoni  ta' Speċjalisti ta' Malta, li tiddikjara li l-kwalifiki/esperjenza huma suffiċjenti sabiex tabib ikun reiġistrat mal-Kunsill Mediku ta' Malta bħala Speċjalist fl-Anesteżija  u Kura Intensiva.

5.3  Persuna magħżula, eliġibbli taħt para. 5.2 (iii) (b) u para. 5.2 (iii) (c) hawn fuq, trid tkun imniżżla fir-Reġistru għall-Ispeċjalisti miżmum mill-Kunsill Mediku ta' Malta u trid tkun ukoll irreġistrata bi sħiħ mal-Kunsill Mediku ta' Malta qabel il-ħatra.

5.4   Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' para. 5.2 (iii) (b) jew para. 5.2 (iii) (c) hawn fuq iridu jiksbu ittra ta' rikonoxximent mill-Kumitat għall- Akkreditazzjoni ta' Speċalisti ta' Malta li tikkonferma li l-kwalifika tagħhom jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għaċ-Ċertifikat ta' Tlestija tat-Taħriġ ta' Speċjalist (CCST) maħruġ mill- Kumitat għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta.  F'każ ta' kwalunkwe diffikulta', il-parir tal-Kumitat għall- Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta għandu jkun mitlub.

Sabiex tiġi ffaċilitata r-referenza, il-website tal-Kumitat għall- Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti ta' Malta tista' tiġi kkonsultata fuq: (http://deputyprimeminister.gov.mt/en/sph/Pages/Specialist-Accreditation-Committee.aspx).

5.5  Kandidati li japplikaw skont it-termini ta' paragrafu 5.2 (iii) (b) jew paragrafu 5.2(iii) (c), u li jkunu meħtieġa jippreżentaw  dikjarazzjoni mill-Kumitat  għall-Akkreditazzjoni ta' Speċjalisti kif speċifikat fil-paragrafu 5.4 għandhom jinkludu kopja ta' din id-dikjarazzjoni mal-applikazzjoni u jippreżentaw l-oriġinali waqt l-intervista.  Kandidati mhux fil-pussess tad-dikjarazzjoni meħtieġa xorta jistgħu japplikaw basta jissottomettu kopja tad-dikjarazzjoni hekk kif din tkun għad-dispożizzjoni  tagħhom u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mid-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.  Applikanti li jonqsu milli jippreżentaw id-dikjarazzjoni meħtieġa fi żmien xahar għal raġunijiet  mhux fil-kontroll tagħhom, jistgħu jitolbu għal estensjoni  ta' dan il-limitu ta' żmien b'xahar ieħor, mill-Kap tad-Dipartiment fejn qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet, u jindikaw b'mod ċar ir-raġunijiet għad-dewmien.  Talbiet għal estensjoni itwal minn dan il-perjodu, għandhom jiġu sottomessi għall-konsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.

Uffiċjali Pubbliċi li qed japplikaw għal din il-pożizzjoni jridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
  
5.6 L-applikanti jridu jkunu ta’ kondotta li hi xierqa għall-pożizzjoni li l-persuna qed tapplika għaliha (applikanti li diġa’ qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47) aġġornat u maħruġ mhux aktar tard minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni; filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita’ oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji).

5.7  Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.7 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.


Ministry / Department :
Ministry for Health
Contact Person :
Maureen Mahoney
Address :
Director General (People Management)
Ministry for Health,
Palazzo Castellania, 15, Merchants Street,
Valletta, VLT 1171. 
Telephone :
+356 22992604
Email address :

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.