Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Manager I (EUCD)

     Nru. ta' Referenza Gazzetta tal-Gvern datata 17/09/2021


    Pubbliku Ġenerali  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 17/09/2021 12:00
    Data tal-għeluq: 04/10/2021 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A - Manager I (EUCD) 
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Manager I fid-Dipartiment tal-Ko-ordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea  fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’  tnax (12) -il xahar.

2.2 Waqt il-perjodu ta’ prova, dawk appuntati jridu jkunu temmew b’suċċess kors ta’ induzzjoni offrut mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi sabiex ikunu eliġibbli għall-konferma tal-ħatra.

2.3 Is-salarju ta’ Manager I huwa ta’ Skala ta' Salarju 10, li fl-2021 huwa ta’ €21,267 fis-sena, li jiżdied b’€407.67 fis-sena sa massimu ta’ €23.713.

2.4 Persuna fil-grad ta’ Manager I fi Skala ta' Salarju 10 titla’ fi Skala ta’ Salarju 9 (€22,633.02 x €447.33 - €25,317 fis-sena 2021) wara sentejn (2) servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 10, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.5 Persuna fil-grad ta’ Manager I fi Skala ta' Salarju 9 titla’ fi Skala ta’ Salarju 8 (€24,091.02 x €2486.83 - €27,012 fis-sena 2021) wara ħames (5) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 9, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.6 Persuna fil-grad ta’ Manager I fi Skala ta' Salarju 8 titla’ fi Skala ta’ Salarju 7 (€25,656 x €531.17- €28,843 fis-sena 2021) wara tliet (3) snin servizz bħala Manager I fi Skala ta’ Salarju 8, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti.

2.7 Il-persuni maħtura jkunu intitolati wkoll għal ħlas annwali marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10% tas-salarju bażiku tagħhom, marbut ma’ xogħol sodisfaċenti u suġġett għall-politiki tal-amministrazzjoni ċentrali li jkunu fis-seħħ minn żmien għal żmien. 

2.8 Il-persuni maħtura jkunu ntitolati wkoll għall-benefiċċji oħrajn marbuta ma din il-kariga u mat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom fi ħdan id-Dipartiment tal-Ko-Ordinazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

2.9 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwanlunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.


2.10 Applikazzjonijiet laterali minn uffiċjali pubbliċi li diġà għandhom ħatra fl-istess grad li qiegħda tkun reklamata huma permessi biss jekk il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tal-post vakanti huwa differenti minn dak tal-applikant u jeħtieġ kwalifika speċifika relatata bħala rekwiżit ta’ eliġibbiltà, li l-applikant irid jissodisfa.

  1. L-applikanti maħtura fil-flussi Maniġerjali/ta’ Uffiċjal/Prattikanti jridu jkunu servew fil-ħatra attwali tagħhom, u jekk maħtura għandhom iservu f’din il-kariga għal minimu ta’ sentejn (2) qabel ma japplikaw lateralment. Dan mhuwiex applikabbli għal skopijiet ta’ promozzjoni, suġġett għall-kriterji ta’ eliġibbiltà pertinenti.
  2. L-uffiċjali l-oħra kollha għandhom jiġu kkonfermati fil-ħatra, u jekk jinħatru għandhom iservu f’dan il-post għal minimu ta’ sentejn (2), qabel ma japplikaw lateralment. Din il-kundizzjoni tal-aħħar mhijiex applikabbli għal finijiet ta’ promozzjoni.

2.11 Mhux se jkun possibbli li jintalab trasferiment qabel perjodu ta’ sentejn (2) mill-ħatra. Hekk kif jiskadi l-imsemmi perjodu ta’ sentejn (2), dawk appuntati jistgħu jiġu biss trasferiti fuq talba tagħhom sabiex jaqdu dmirijiet xi mkien ieħor fil-qasam tar-Riċerka , skont il-postijiet vakanti stabbiliti.

2.12 Ir-riżultat ikun validu għal sentejn (2) mid-data tal-pubblikazzjoni.



Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Manager I  jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari. 

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
    1. ċittadini ta’ Malta; jew
    2. ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    3. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg minħabba li jkunu japplikaw għal dak il-pajjiż leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati dwar iċ-ċaqliq ħieles tal-ħaddiema; jew
    4. kwalunkwe persuni oħra li għandhom jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg permezz tar-relazzjoni familjari tagħhom ma' persuni msemmija f’(a), (b) jew (ċ), skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq; jew
    5. ċittadini  ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta' residenti li joqogħdu għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti tal-2006 dwar Status ta’ Residenti li joqogħdu għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi), jew li jkunu ngħataw permess ta' residenza taħt ir-regolament 18 (3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti tal-2007 dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familjijew
    6. Fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ skont id-dokument ‘Status ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta skont il-Ftehim dwar l-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u r-Regolamenti tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika.’

Għandu jintalab il-parir tat-Taqsima taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunita` Malta u  tat-Taqsima tal-Espatrijati fi ħdan l-Aġenzija Identita` Malta skont il-ħtieġa fl-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.


Il-ħatra ta’ kandidati msemmija f’(b), (c), (d) u (e) hawn fuq teħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzja tax-xogħol f’dawk il-każijiet fejn hija meħtieġa skont l-Att dwar l-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandha tiġi kkonsultata skont il-ħtieġa dwar din il-materja.

        ii. ikunu profiċjenti  fil-Malti u fl-Ingliż ;

U

       iii. ikollhom kwalifika ta’ Baċellerat rikonoxxuta f’Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta’ 180 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti*) fl-Istatistika jew fl-Ekonomija jew fl-Istudji Ewropej jew fis-Soċjoloġija jew fil-Liġi jew fi-Public Policy jew fir-Relazzjonijiet Internazzjonali jew fl-Istudji Diplomatiċi jew fl-Istudji Mediterranji

*Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 180 ECTS/ECVET kretti., jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC. 

     iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal dan il-post iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.

4.2 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbiltà, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba. Kwalifika ta' Masters f'Livell 7 tal-MQF, jew ekwivalenti, għandha tinkludi minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVETS jew ekwivalenti*

* Fin-nuqqas ta’ evidenza dokumentarja dwar l-ECTS/EVCET kretti jew sistema oħra ta’ kejl tal-kontenut tal-kors, il-bord tal-għażla għandu jevalwa l-programm ta’ studju sottomess u jiddetermina li huwa komparabbli ma’ 60 ECTS/ECVET kretti, jista’ jintalab il-parir tal-MQRIC. 

Barra minn hekk, dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki msemmija hawn fuq formalment xorta jiġu kkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifiki msemmija fil-paragrafu 4.1 iii) jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’ studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibbiltà ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.3 Aktar minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment jew għadhom mhux approvati għall-kwalifika rikjesta hekk kif speċifikata fil-paragrafu 4.1(iii) jew kif indikat f’paragrafu 4.2, xorta jiġu kkunsidrati, basta jibagħtu evidenza li jinsabu fl-aħħar fażi tal-kors li jwassal għall-għoti tat-tali kwalifika. Il-persuni maħtura jridu jġibu, jew ġew approvati, għat-tali kwalifika sal-31 ta’ Ottubru, 2021. Jekk l-iskadenza għall-kisba tal-imsemmija kwalifka ma tintlaħaqx, il-ħatra, għal din ir-raġuni, tiġi awtomatikament terminata.

(a) Il-perjodu ta' prova u l-intitolament għall-progressjoni (skont il-każ) jibdew jgħoddu mid-data tal-ħatra.
(b) Il-persuni maħtura ma jibbenefikaw minn ebda benefiċċji, sakemm jiksbu l-kwalifika jew ikunu approvati għall-kisba tal-kwalifika indikata, kif imsemmi f’paragrafu 4.1 (iii) jew 4.2.

4.4 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP 47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awotrità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-mininteru / dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

 Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej

Contact Persons :

 Ms Marylene Borg

Address :

 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta

Telephone :

 (+356) 2204 2323

Email address :

recruitment.mfea@gov.mt

  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.