Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Senior Systems Analyst

     Nru. ta' Referenza Ċirkulari Nru. HR/MFE 6/2022


    Impjegati tas-Servizz Pubbliku  

    Indefinita  

    Teknoloġija tal-Informatika
    Data ppubblikata: 02/12/2022 12:00
    Data tal-għeluq: 20/12/2022 17:15
    Ministeru: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol
    Dipartiment: Information Management Unit

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Annex A 
1. Is-Segretarju Permanenti, Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol jilqa’ applikazzjonijiet għall-post ta’ Senior Systems Analyst fl-Information Management Unit fil-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol.

2.1 Din il-ħatra hija suġġetta għal perjodu ta’ prova ta’ tnax (12)-il xahar.

2.2 Is-salarju ta’ Senior Systems Analyst huwa ta’ Skala ta' Salarju 7, li fis-sena 2022 huwa ta’ €26,438 fis-sena, li jiżdied b’€531.17 fis-sena sa massimu ta’ €29,625.

2.3 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Analyst titla’ fi Skala 6, li fis-sena 2022 hija ta' €28,132 x €596.33 - €31,710 wara tlett (3) snin servizz fil-grad, jekk tkun qdiet dmirha b’mod sodisfaċenti u suġġett għat-tkomplija ta' Toolkit Course speċifiku għal ICT relatat ma' dawn il gradi kif stabbilit minn żmien għal żmien mill-Amministrazzjoni Ċentrali (jiġifieri mingħajr il-ħtieġa li jitlesta il-Public Service Toolkit).

2.4 Persuna fil-grad ta’ Senior Systems Analyst, tkun intitolata għall-bonus marbut mal-prestazzjoni sa massimu ta' 15% tas-salarju bażiku fis-sena. L-ammont pagabbli jiġi ddeterminat miċ-Chief Information Officer wara li tiġi kkunsidrata l-prestazzjoni tal-Uffiċjal u, fejn japplika, kwalunkwe rakkomandazzjoni li titressaq mis-superjur immedjat tal-Uffiċjal. Il-ħlas tal-bonus huwa suġġett ukoll għall-policies tal-Amministrazzjoni Ċentrali skont kif ikunu fis-seħħ minn żmien għal żmien.


a. Il-persuna maħtura tkun intitolata għal dawk il-benefiċċji l-oħra u soġġetta għal dawk il-kundizzjonijiet u obbligi l-oħra li jistgħu jkunu stipulati fi kwalunkwe ftehim pertinenti bejn il-Gvern u l-Union kompetenti.

2.5 Applikazzjonijiet laterali fl-istess grad minn uffiċjali pubbliċi mhumiex aċċettabbli.

2.6 L-aċċettazzjoni ta’ ħatra f’dan il-grad tfisser li kwalunkwe applikazzjoni pendenti fi ħdan is-Servizz Pubbliku awtomatikament titqies bħala rinunzjata, sakemm dawn tal-aħħar ma jkunux applikazzjonijiet għal pożizzjonijiet SAAC jew applikazzjonijiet għal pożizzjoni definita meta l-uffiċjal ikkonċernat ikollu ħatra indefinita.

Dmirijiet

3. Id-dmirijiet għal dan il-post ta’ Senior Systems Analyst jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

4.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta jew Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed /attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku, għandom ikunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom u li huma:

(i) għandhom kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxuta fil-Livell 6 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 180 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti*), fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali u komparabbli, flimkien ma' sentejn (2) esperjenza ta' xogħol relevanti f'ambjent formali u matur tal-ICT;

JEW

(ii) għandhom kwalifika rikonoxxuta fil-Livell 5 tal-MQF (suġġetta għal minimu ta' 60 ECTS/ECVETS kretti, jew ekwivalenti*), fil-Computing u/jew ICT, jew kwalifika rikonoxxuta professjonali u komparabbli, flimkien ma' erba' (4) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f' ambjent formali u matur tal-ICT;

JEW

(iii) huma fi Skala mhux inqas minn dik ta' Skala 11, flimkien ma' seba' (7) snin esperjenza ta' xogħol relevanti f' ambjent formali u matur tal-ICT.


*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma 180/60 ECTS/ECVETS kretti, hekk kif applikabli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MFHEA li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.

4.2 Uffiċjali Pubbliċi li għandhom grad fi klassi partikolari, u li ngħataw il-ħatra ta’ Officer in Scale permezz ta’ deċiżjoni tal-Grievances Unit fl-istess skala ta’ dak ta’ grad ogħla fl-istess klassi, huma eliġibbli li japplikaw għal gradi miftuħa għal uffiċjali li għandhom tali grad ogħla bl-istess skala ta’ dik tal-ħatra ta’ Officer in Scale.

Is-snin ta’ servizz mid-data ta’ meta ġiet effettiva l-ħatra bħala Officer in Scale jgħoddu bħala parti mis-snin ta’ servizz mitluba fis-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

Kwalunkwe kriterju ieħor ta’ eliġibbilta għall-post irid jiġi sodisfatt skont din is-sejħa t’applikazzjonijiet.

4.3 Uffiċjali pubbliċi li bħalissa għandhom ħatra bħala Uffiċjal fil-Grad huma kkunsidrati fuq bażi personali li jappartjenu għall-Klassi/Stream tal-grad sostantiv immedjatament preċedenti tagħhom, u jistgħu japplikaw fuq il-bażi tal-iskala kurrenti tagħhom bħala Uffiċjal fil-Grad, li għandha tkun ekwivalenti għal, jew ogħla minn, dak li hu meħtieġ minn din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.         
 
Is-snin ta’ servizz mid-data effettiva tal-ħatra bħala uffiċjal fil-Grad huma kkalkulati għall-iskop li jissodisfaw is-snin meħtieġa ta’ servizz fil-grad kif stipulat fis-sejħiet għall-applikazzjonijiet. 
 
Kwalunkwe rekwiżit ieħor ta’ eliġibbiltà għall-post għandu jintlaħaq f’termini ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet.

4.4 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.

(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni. 

(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, u laħqu l-livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet. 

4.5 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’dan il-grad, skont 4.1 sa 4.4 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

4.6 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippubblikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-Ministeru minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppubblikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.

4.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożiżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).


Ministeru:


 

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol



Persuna ta' Kuntatt:


 

Sur Ian Muscat



Indirizz:


 

158, Cavalier House, Triq Zekka, Il-Belt Valletta.



Telefown:


 

25998245



Indirizz Elettroniku:





  • Nota

  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.