Dettalji tax-Xogħol

  • Avatar

    Registrar of the Guardianship Board

     Nru. ta' Referenza Cirkulari Nru. HR/MFCS/11/2020


    Impjegati tas-Servizz u tas-Settur Pubbliku  

    Indefinita  

    Amministrattivi u Maniġerjali
    Data ppubblikata: 22/05/2020 12:00
    Data tal-għeluq: 05/06/2020 19:00
    Ministeru: Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali

Konnessjoni
Ara d-dokument English 
Ara d-dokument Maltese 
Ara d-dokument Anness A 
1. Is-Segretaru Permanenti, Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Registrar of the Guardianship Board fil-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta' Soċjali.

3. Is-salarju marbut mal-pozizzjoni ta’  Registrar of the Guardianship Board  huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal € 27,549.83 fl-2020), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar.

Dmirijiet

4. Wieħed jista' jara d-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta' Registrar of the Guardianship Board fl-Anness A li tinsab ma' din iċ-Ċirkolari.

Eliġibbiltà

5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, Uffiċjali Pubbliċi fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta li huma mislufin/detailed/deployed/attached ma’ Organizzazzjonijiet fis-Settur Pubbliku u ħaddiema tas-Settur Pubbliku li japplikaw għandhom ikunu konfermati fil-ħatra tagħhom kurrenti u:

a. Fil-pussess ta' kwalifika ta' Masters rikonoxxuta fil-Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 krettu ECTS/ECVET jew ekwivalenti, rigward korsijiet li bdew minn Ottubru 2008), fl-Edukazzjoni jew Politika Soċjali jew Public Policy jew Saħħa jew Psikoloġija jewSocial Work jew Studji dwar id-Diżabilita' jew Studji Legali jew kwalifika professjonali komparabbli.

5.2 Biex jiġi dditerminat u ikkumparat il-livell ta’ responsabbilta’ tal-impjegati tas-Settur Pubbliku mal-livell ta’ responsabbilta’ meħtieġ minn uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni, il-Bord tal-Għażla għandu dejjem u formalment jikkonsulta mad-Direttur/HR Manager responsabbli tal-entita’ rispettiva tas-Settur Pubbliku.

5.3 L-arranġament preżenti, fejn ħaddiema tas-Settur Pubbliku li qed iwettqu dmirijiet fis-Servizz Pubbliku jibqgħu fuq il-kotba tal-entita’ rispettiva, jibqa’ japplika, bil-kunsens tal-entita’, f’kas li ħaddiema tas-Settur Pubbliku li jintgħażlu għall-pożizzjoni.

Ħaddiema tal-RSSL li jiġu magħżula għal din il-pożizzjoni ikollhom l-impjieg tagħhom mal-RSSL awtomatikament terminat wara li jtemmu b’suċċess il-perjodu ta’ prova.

5.4 Kwalifiki li huma ta’ livell ogħla minn dak rikjest hawn fuq jiġu aċċettati għall-fini ta’ eliġibbilita’, sakemm dawn ikunu fis-suġġetti mitluba.

5.5 Dawk il-kandidati li ma jkunux għadhom ġabu l-kwalifiki imsemmija hawn fuq formalment xorta jiġu ikkunsidrati, basta jipprovdu evidenza li ġew appovati għall-għoti tal-kwalifiki imsemmija jew inkella jkunu lestew b’suċċess il-krediti meħtieġa tal-ECTS/ECVETS, jew ekwivalenti, meħuda bħala parti minn programm ta’studju ta’ livell ogħla tal-MQF rikonoxxut, kif mitlub fil-kriterji tal-eliġibilita’ ta’ hawn fuq, sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa ghall-applikazzjonijiet.

5.6  Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.5 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.

5.7 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw il-proviżżjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MQRIC, jew awtorita’ pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-link aktar ‘l isfel).

Ministry / Department :

Ministry for the Family, Children's Rights and Social Solidarity

Contact Person :

Mary Mifsud / Maria Farrugia

Address :

38, Ordnance Street, Valletta

Telephone :

2590 3451 / 3354

Email address :

recruitment.mfcs@gov.mt

  • Nota

  • Kull sejħa għall-Applikazzjonijiet tagħlaq fis-sebgħa ta' filgħaxija tad-data rispettiva jekk ma jkunx indikat mod ieħor.
  • F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.