Dettalji tax-Xogħol
Konnessjoni | |
---|---|
Ara d-dokument | English |
Ara d-dokument | Malti |
Ara d-dokument | Annex A - Technical Attaché (Schengen and Asylum) |
Deskrizzjoni qasira tal-post
1. Id-Direttur għas-Servizzi Korporattivi, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, jilqa’ applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta’ Technical Attaché (Schengen u Asylum) fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ.
Salarju
3.1 Is-salarju ta' Malta u l-Allowances ta' Post Aġġustament marbut mal-pożizzjoni ta’ Technical Attaché huwa ekwivalenti għal increment inqas mill-massimu ta’ Skala ta’ Salarju 7 (ekwivalenti għal €30,353.38 fl-2023), li jilħaq il-massimu tal-iskala mal-konferma tal-ħatra jew tlestija ta’ sena (1) servizz fil-pożizzjoni, liema waħda tiġi l-aħħar. Barra minn hekk, it-Technical Attaché ser jirċievi l-benefiċċji u l-allowances kif spjegati fil-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas'.
3.2 F'każijiet fejn il-persuna magħżula tkun diġà qed isservi fil-pożizzjoni ta' Technical Attaché b' salarju, benefiċċji u allowances li huma ogħla minn dawk stabbiliti f'paragrafu 3.1 hawn fuq, il-kumpens applikabbli f' dawn il-każijiet eċċezzjonali ta' ħatra mill-ġdid għandu jkun tal-ogħla skala ta' salarju, benefiċċji u allowances.
3.3 Għat-tul tal-Ftehim, it-Technical Attaché ikun marbut mal-'Conditions of Service for Officers Serving Overseas' (MFA 9/2015; CONDSER Ġunju 2015 V1.1) li jistgħu jiġu aġġornati minn żmien għal żmien.
Dmirijiet
4. Id-dmirijiet għal din il-pożizzjoni ta’ Technical Attaché jinsabu fl-Anness A mehmuż ma’ din iċ-Ċirkolari.
Eliġibbiltà
5.1 Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti għandhom ikunu:
i. ċittadini ta' Malta;
ii. ikunu profiċjenti fil-lingwa Maltija u fil-lingwa Ingliża; għarfien fil-lingwa Franċiża jkun meqjus bħala vantaġġ;
iii. ikollhom kwalifika ta' Masters rikonoxxuta f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għall-minimu ta' 90 ECTS/ECVET krettu jew ekwivalenti)* f'qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b' mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw ghalih, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol relevanti;
JEW
fil-pussess ta' kwalifika ta' Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 ta' MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET jew ekwivalenti)* f' qasam li jwassalhom biex jaqdu dmirijiethom b'mod effettiv fil-qasam li jkunu applikaw għalih, flimkien ma' tliet (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti.
*Kwalifika rikonoxxuta komparabbli ma' 60/180 ECTS/ECVET krettu, hekk kif applikabbli, hija aċċettata biss suġġett għal dikjarazzjoni formali ta' rikonoxximent mill-MFHEA li tiġi sottomessa mal-applikazzjoni.
iv. Uffiċjali pubbliċi li japplikaw għal din il-pożizzjoni iridu jkunu kkonfermati fil-ħatra kurrenti tagħhom.
5.2 (i) Kwalifiki f’livell ogħla minn dak imsemmi hawn fuq jiġu aċċettati għal finijiet ta’ eliġibbiltà, sakemm jissodisfaw ir-rekwiżiti tas-suġġett speċifikat.
(ii) Barra minn hekk, kandidati li għadhom ma kisbux formalment l-ebda waħda mill-kwalifiki msemmija hawn fuq xorta jiġu kkunsidrati. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li ġew approvati għall-għoti tal-kwalifika inkwistjoni.
(iii) Aktar minn hekk, kandidati li bħalissa qed isegwu programm ta’ studju rikonoxxut f’Livell tal-MQF ogħla minn dak mitlub hawn fuq jiġu kkunsidrati wkoll. Dawn il-kandidati għandhom jissottomettu evidenza li temmew b’suċċess il-kretti meħtieġa tal-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, u laħqu l-Livell tal-MQF meħtieġ, sal-ħin u d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-applikazzjonijiet.
5.3 L-applikanti għandhom ikunu ta’ kondotta xierqa għall-post li għalih saret l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ applikanti li diġà qegħdin fis-Servizz Pubbliku ta’ Malta, il-GP47 għandu jintalab mill-HR Unit tal-ministeru/dipartiment li joħroġ is-sejħa għall-applikazzjonijiet, mingħand id-Direttur responsabbli għall-HR fejn l-applikanti jkunu qed iservu, filwaqt li dawk li japplikaw minn barra s-Servizz Pubbliku għandom jipproduċu Ċertifikat tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorità kompetenti oħra mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni u jiddikjaraw jekk qatt kinux fis-Servizz tal-Gvern, u jagħtu d-dettalji.
5.4 Il-kandidati magħżula jridu jkunu eliġibbli għall-ħatra f’din il-pożizzjoni, skont 5.1 – 5.3 hawn fuq, mhux biss sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda wkoll fid-data tal-ħatra.
5.5 L-applikanti huma obbligati li jinfurmaw immedjatament lill-Bord tal-Għażla (jekk ir-riżultat għadu ma ġiex ippublikat, f'liema każ l-applikazzjoni għandha tiġi rtirata mill-applikant) jew l-HR Unit tal-ministeru/dipartiment minn fejn inħarġet is-sejħa (jekk ir-riżultat ikun ġie ppublikat) dwar kwalunkwe bidla fl-istatus tal-ħatra tagħhom mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni sad-data tal-għeluq, jew hekk kif jiġu msejħa għall-ħatra bħala riżultat ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, skont il-każ. In-nuqqas ta' osservanza ta' din l-istruzzjoni jista' jwassal għal azzjoni dixxiplinarja. Min-naħa tiegħu, fil-bidu tal-intervista, il-Bord tal-Għażla għandu jitlob lill-kandidat jiddikjara kull bidla fl-istatus tal-ħatra attwali tiegħu/tagħha mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni.
5.6 L-applikanti prospettivi għandhom jaraw id-dispożizzjonijiet ġenerali marbuta ma’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet fejn jikkonċerna s-sottomissjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ rikonoxximent tal-kwalifiki mingħand l-MFHEA, jew awtorità pertinenti oħra, kif applikabbli (ara l-ħolqa aktar ‘l isfel).
5.7 Applikazzjonijiet minn persuna li tkun diġà qed tokkupa l-pożizzjoni ta' Technical Attaché fir-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussell tkun biss ikkunsidrata jekk hija tkun serviet sad-data tal-għeluq ta' din it-talba għall-applikazzjonijiet minn tal-inqas sentejn fil-pożizzjoni kurrenti ta' Technical Attaché.
Dettalji tal-Ministeru / Dipartiment
Ministry / Department : | Ministry għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ |
Contact Persons : | Ms Ann Marie Mifsud |
Address : | 331, Allied House, Triq San Pawl, Valletta |
Telephone : | (+356) 2204 3030 |
Email address : | [email protected] |
Nota
- F'każ ta' konflitt fl-interpretazzjoni ta' xi parti/jiet mis -sejħa għall-applikazzjonijiet, l-interpretazzjoni finali trid tkun dik tal-verżjoni Maltija tas-sejħa.